Messaġġ mill-Kap tal-Iskola

Għeżież Ġenituri
Wasalna fl-aħħar ta’ sena skolastika oħra.  Wara s-snin tal-pandemija u r-restrizzjonijiet, din is-sena kellna l-opportunita’ li nerġgħu nagħtu lill-istudenti tagħna esperjenzi varji ta’ tagħlim bl-attivitajiet diversi li ġew organizzati.  Grazzi dejjem tal-koperazjoni tagħkom il-ġenituri u minn qalbi, f’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja Siġġiewi nixtieq nawguralkom is-sajf it-tajjeb u vaganzi ta’ mistrieħ.
Grazzi

N Saliba

Dear Parents

Another scholastic year has come to an end.  After the restrictions placed on us in previous years, due to the pandemic, this year we were able to give our students a holistic learning experience through the various learning activities that were organised. Thank you for your cooperation throughout this year and on behalf of all the staff at Siġġiewi Primary School, I sincerely wish you all a good summer and happy holidays.
Regards

N Saliba

SuperT

Numru sabiħ ta’ tfal mill-iskola tagħna ħadu sehem fis-SuperT u ġew mogħtija ċertifikat ta’ mertu. Is-SuperT hija kompetizzjoni internazzjonali li tittestja l-ħila  ta’ kemm wieħed hu kapaci jahdem somom bil-ħila tal-ħsieb biss fl-iqsar ħin possibli. Din hi ħila importanti fil-Matematika, però mhix l-unika ħila li wieħed ikollu bżonn biex jaħdem is-somom.

L-istudenti ħadu sehem f’erba’ kategoriji – kategorija 2, għat-tfal tat-3 sena, kategorija 3 għat-tfal li qegħdin fir-raba’ sena, kategorija 4 għat-tfal li qegħdin fil-ħames sena u kategorija 5 għat-tfal li qegħdin fis-sitt sena.  

Prosit tassew lil dawn it-tfal u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex waqt il-btajjel tas-sajf, jilagħbu din il-logħba ħalli dejjem itejbu l-livell fil-ħsieb Matematiku.

Ms Y Jones

IMG-20230614-WA0061IMG-20230614-WA0062IMG-20230614-WA0063IMG-20230614-WA0064

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi: Kompetizzjoni

Il-Kunsill tal-Ewropa jorganizza l-Jum Ewropew tal-Lingwi biex jiċċelebra d-diversità lingwistika. Fl-Ewropa, is-700 miljun Ewropew, tas-46 stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa huma mħeġġa jsiru midħla ta’ iktar lingwi f’ħajjithom. Din is-sena, bħala parti mill-attivitajiet tal-Jum Ewopew tal-Lingwi, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda tħeġġeġ lit-tfal u ż-żgħażagħ (età bejn 3 u 16-il sena) biex juru x’kapaċi jagħmlu bil-lingwi barranin.
Il-parteċipanti huma mistiedna jieħdu sehem fil-kompetizzjoni: X’inti kapaċi tagħmel b’lingwa barranija? billi joħolqu filmat qasir li juri l-ħiliet tagħhom f’lingwa barranija. It-tfal u ż-żgħażagħ jistgħu joħolqu filmat waħidhom, ma’ sħabhom, ħuthom, għalliema jew membri tal-familija tagħhom. It-tul tal-filmat għandu jkun bejn 2 u 5 minuti.

Għal aktar dettalji agħfas fuq din il-ħolqa:

DLAP 140_Il-Jum Ewropew tal-Lingwi 2023

The European Day of Languages is organised by the Council of Europe to celebrate linguistic diversity.
Throughout Europe, 700 million Europeans are represented in the Council of Europe’s 46 member states and all are encouraged to discover more languages throughout their lives. This year, as part of the European Day of Languages activities, the National Literacy Agency is encouraging children and young people (ages 3 to 16) to showcase their knowledge of foreign languages.
Participants are invited to take part in a competition: What can you do in a foreign language? by creating a short video clip that exhibits their skills in a foreign language. Children and young people may create a video clip on their own, with their friends, siblings, teachers or parents and family members. The length of clip must range from 2 to 5 minutes.

For more details please see this circular: DLAP 140 European Day of Languages 2023