High 5 Mathematics challenge

Għat-tieni sena konsekuttiva l-iskola tagħna ħadet sehem fil-High 5 Mathematics Challenge. Mill-erba’ studenti jirrappreżentawna fil-fażi kwalifikattiva, għadda Luke Debono, student fis-sitt sena. Minn hawn, Luke beda l-mixja tiegħu għat-tieni fażi – dik ta’ training f’workshops differenti. Hawnhekk is-77 student magħżula kellhom opportunità jiskopru u jitrawmu aktar f’higher order problem solving strategies, waqt li jippreparaw portfolio dwar l-iskoperti u l-ħidma tagħhom. It-tielet u l-aħħar fażi kienet dik tat-testing, fejn għandna l-pjaċir inħabbru, li Luke ġie fost l-ewwel 10 studenti f’Malta! Mill-qalb nawguraw lil Luke u nħeġġuh ikompli jħaddem it-talent tiegħu f’dan il-qasam.

Ms S Abela

Assistent Kap

LukeLuke 2

Il-Bitħa tal-Iskola

Għeżież Ġenituri

Nixtieq bi pjaċir ninfurmakom li f’dawn l-aħħar tlett ijiem kien qed isir xogħol ġewwa l-bitħa biex jitranġa wiċċ il-grawnd mill-ħaddiema ta’ kuntrattur imqabbad mill-FTS. Minbarra li inbidel parti mit-tapit sintetiku, il-grawnd tnaddaf ukoll mill-ammont kbir ta’ żrar tal-lasktu u ma għadx hemm iktar ħofor u periklu.

Ta’ dan nixtieq nirringrazzja lis-Sur Simon Scicluna, ġenitur membru tal-kunsill skolastiku ghal kontribut tieghu sabiex isir dan ix-xoghol tant bżonjuż.  Grazzi ukoll tmur għas- Sur Gafa’ u s-Sur Raymond Bajada mill-FTS, is-Sur Philip Galdes, Precincts Officer tal-Kulleġġ  San Injazju u s-Sinjura M. Pace, Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju.

N Saliba

This slideshow requires JavaScript.