Author: Siggiewi Primary
Aqra u Irrifletti – ‘XI ĦADD’ QAL…
‘Xi ħadd’ qal li trid tal-anqas sitt ġimgħat biex terġa’ tiġi għan-normal wara li jkollok tarbija.
Dan ix-‘xi ħadd’ ma jafx li ladarba ssir omm, il-kelma ‘normali’ trid tinsiha!
‘Xi ħadd’ qal li l-istint se jgħinek titgħallem kif tkun omm.
Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma kellu jieħu lil tifel ta’ tliet snin miegħu għax-xirja fis-supermarket.
‘Xi ħadd’ qal li tkun omm hi ħajja tedjanti u bla eċċitament.
Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma rikeb ma’ teenager li għadu kif beda jsuq karozza.
‘Xi ħadd’ qal li omm tajba qatt m’għandha twerżaq.
Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma tela’ jonxor u jiskopri lil bintu tixxabbat miċ-ċinta tal-bejt.
‘Xi ħadd’ qal li ma tistax tħobb it-tielet tarbija bħal ma tħobb l-ewwel waħda.
Dan ix-‘xi ħadd’ żgur li ma kellux tlett itfal.
‘Xi ħadd’ qal li omm kapaċi ssib soluzzjoni għal kull problema fit-trobbija.
Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma sab li bintu kienet deffset tliet piżelliet f’imnifsejha.
‘Xi ħadd’ qal li l-agħar mument hu l-mument tal-ħlas.
Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma kellu jwassal lil ibnu għall-ewwel darba u jħallih warajh il-kindergarten.
‘Xi ħadd’ qal li omm ma jkollhiex għalfejn tinkwieta ladarba t-tfal jiżżewġulha.
Dan ix-‘xi ħadd’ ma jafx li biż-żwieġ jiżdiedu l-ulied u magħhom jiżdied l-inkwiet.
‘Xi ħadd’ qal li x-xogħol tal-omm jieqaf meta l-ulied iħallu d-dar.
Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma kellu tfal ta’ wliedu.
‘Xi ħadd’ qal li ommok taf li tħobbha u għalhekk m’hemmx għalfejn tgħidilha.
Din ix-‘xi ħadd’ qatt ma kienet omm.
Tislijiet,
L-għalliema tal-PSCD
Library week
Bejn it-Tnejn 23 t’April u l-Ġimgħa 27 t’April ġewwa l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi ġiet iċċelebrata Library Week. Kienet ġimgħa mimlija attivitajiet bl-għan ewlieni li nrawmu aktar id-drawwa tal-qari fit-tfal kollha.
Din il-ġimgħa bdiet billi t-tfal kollhom dress as a character from a book day fejn it-tfal ġew lebsin ta’ xi karattru minn ktieb favorit tagħhom. Magħhom it-tfal kellhom iġibu wkoll il-ktieb favorit. Matul il-ġimgħa saru shared reading sessions għat-tfal tal-primarja. Dawn saru fil-prayer space fejn ġie ikkonvertit fi ġnien ta’ kastell. Dawn is-sessjonijiet saru bl-għajnuna ta’ Ms Nadia Zammit, Ms Ritianne Giordimaina, Ms Svetlana Amato li animaw l-istejjer. Attivata` oħra kienet drop everything and read fejn it-tfal kollha tal-primarja kellhom jieqfu u jaqraw ktieb tal-għażla tagħhom.
Fl-aħħar tal-ġimgħa it-tfal kellhom logħba speċjali fejn kellhom sfida biex jaqtgħu liema ktieb kien il-favorit tal-għalliema tal-klassijiet tal-primarja fl-iskola tagħna. Grazzi tmur lil Ms Sandra Abela li ippreparat il-logħba li tant intgħoġbot mit-tfal. Fi ftit kliem kienet ġimgħa mimlija attivitatjiet interessanti fejn it-tfal ħadu gost u ġew imħajra jaqraw aktar kotba.