Author: Siggiewi Primary
Book Champion Schools Award
L-iskola Primarja Siġġiewi ngħatat il-Gold Award bħala Book Champion School għat-tieni sena konsekuttiva. Dan l-award ġie mogħti lill-iskola mill-Aġenzija tal-Litteriżmu għall-impenn sħiħ tal-iskola fil-qasam tal-qari, speċjalment għall-mod ta’ kif nippromwovu l-qari permezz ta’ attivitajiet diversi fosthom il-Library Week.
N.Saliba


Ġabra għall-Missjoni
Mill-envelowps tal-missjoni li qassamna lejn l-aħħar tat-tieni term, inġabret is-somma ta’ €188.40. Grazzi lil kull min ta xi għotja. Aħna ċerti li dawn il-flus ser jintużaw biex il-ħajja ta’ diversi nies foqra tkun tista’ titjieb.
