Avviż

Għeżież Ġenituri

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Mejju ser ikollna l-fotografu l-iskola biex jieħu r-ritratti lit-tfal.  Dakinhar nitolbukom biex it-tfal jiġu lebsin l-uniformi tax-xitwa biex ikunu puliti għar-ritratt.

Minn nhar it-Tnejn it-tfal kollha jistgħu jiġu lebsin l-uniformi tas-sajf peress li diġa bdiet is-sħana (minbarra l-Erbgħa minħabba r-ritratt).

Grazzi dejjem tal-koperazzjoni tagħkom.

N. Saliba

Tfakkira lill-ġenituri tat-tfal fil-kindergarten – KIDLYMPICS

Nhar il-Ġimgħa 20 t’April ser issir l-attivita’ tal-Kidlympics fil-bitħa tal-iskola fid-9.00am.  Intom il-ġenituri mistiedna tiġu u tkunu spettaturi tat-tfal waqt li jkunu qed jilagħbu. Dakinhar it-tfal jingħataw midalja u ċertifikat ta’ parteċipazzjoni. Nitolbukom ma tilbsux żraben bit-takkuna.

Grazzi

N. Saliba