‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi’ – Fis-Skiet fil-Ġnien

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bi sħab ma’ Spiritual Development in Schools, se torganizza l-ħames sessjoni tal-programm ġdid ta’ qari animat, kitba u riflessjoni kreattiva li jismu ‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi’ għal tfal ta’ bejn 8 u 10 snin u l-familji tagħhom.

Dawn is-sessjonijiet ta’ qari animat bil-Malti u bl-Ingliż mill-ktieb ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ tal-awtriċi Silvana Cardona, qed isiru f’diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.

Għal aktar dettalji ara din iċ-ċirkolari:

DIR NLA Fis-Skiet fil-Ġnien Frar 2024

The National Literacy Agency, in collaboration with Spiritual Development in Schools, is organising the fifth session of animated reading, creative writing and reflection in a new programme entitled ‘With Reading and Writing I find a Beloved Space’ for 8- to 10-year-olds and their families.

These sessions of animated reading in Maltese and English from the newly published book ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ by author Silvana Cardona, are taking place outside in various localities in Malta and Gozo.

For more details please see this circular : DIR NLA In Slience in a Garden Feb 2024

Important Notice

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ħamis 29 ta’ Frar 2024 l-edukaturi kollha jridu jattendu laqgħa importanti. Dakinhar l-iskola għall-istudenti tispiċċa f’12:00pm u għalhekk il-ħin tal-ħruġ ikun 11:45am (Kindergarten) u 11:50am-12:00pm (Primarja).

Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu l-edukaturi kollha għandhom ġurnata ta’ taħriġ professjonali. Għalhekk dakinhar l-istudenti kollha ma jkollhomx skola.

F’dawn il-ġranet ma jkunx hawn servizz tal-Klabb 3-16.

Grazzi 

N Saliba

Dear Parents

We would like to remind you that on Thursday 29th February, all educators have to attend an afternoon meeting. Therefore school will finish at 12:00pm and dismissal will start at 11:45am (Kindergarten) and 11:50am (Primary).

On Friday 1st March, all educators have to attend a full day of professional training. On this day, there will be no school for students.

On these days Klabb 3-16 will be closed.

Thanks

N Saliba