Home

Aqra u Irrifletti – NIĠBDU FLIMKIEN

Kien hemm raġel li waqt li kien qiegħed isuq fil-kampanja, tilef il-kontroll u baqa’ nieżel ġo kanal tal-ilma.  Għalkemm hu ma ġralu xejn, il-karozza weħlitlu ġot-tajn.  Mexa sar-razzett li kien hemm fil-qrib biex jitlob l-għajnuna.  Il-bidwi li kien joqgħod hemm qallu, ‘‘Tibżax, issa jiġi jaqilgħek hu.’’  Kif qallu hekk, urih b’sebgħu bagħal xiħ.  Ir-raġel ma setax jifhem kif dak il-bagħal seta’ jiġbed il-karozza tiegħu barra mill-kanal.

‘‘Tikkonfondix,’’ qallu l-bidwi meta rah jiddubita mill-bagħal tiegħu.  Fillu kapaċi jagħmilha dil-biċċa xogħol.’’

Iż-żewġt irġiel u l-bagħal resqu lejn il-kanal.  Il-bidwi rabat il-bagħal mal-karozza.  Ġibed ir-riedni u beda jgħajjat, ‘‘Iġbed Ġuż…! Iġbed Ton…! Iġbed Salv…!  Iġbed Fillu!’’  U l-bagħal irnexxielu jiġbed il-karozza barra mill-kanal.

Ir-raġel baqa’ mbellah.  Irringrazzja lill-bidwi, melles il-bagħal u staqsa, ‘‘Għaliex qabel ma għajjat l-isem Fillu, sejjaħt l-ismijiet l-oħra?’

Il-bidwi tbissem u  qallu, ‘‘Fillu issa xiħ u kważi għama.  Meta ngħajjat lill-oħrajn hu jaħseb li qiegħed fi grupp u għalhekk ma jiddejjaqx jiġbed.’’

Li nkunu parti minn grupp jgħin biex ilkoll naħdmu għal għan wieħed.  Li tiġbed ħabel wieħed mal-oħrajn hu s-sigriet li bih nies ordinarji jirnexxielhom iwettqu affarijiet straordinarji.  Madanakollu jekk inkunu weħidna tajjeb li ma naqtgħux qalbna u nużaw il-kapaċitajiet kollha tagħna.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSCD)

Open Day

Fis-6 ta’ Mejju fl-iskola kellna l-Open Day. Dakinhar il-ġenituri kellhom l-opportunita` li jżuru l-iskola filwaqt li jattendu għal-lezzjoni fil-klassi flimkien ma’ uliedhom. Il-ġenituri ġew mistiedna wkoll għall-Maths Workshop fejn setgħu jaraw modi u strateġiji kif jistgħu jgħinu lil uliedhom fit-tagħlim tal-Matematika. Il-ġenituri kellhom ukoll l-opportunita` li jżuru l-Mużew tal-Edukazzjoni li jinsab fis-sular t’isfel fl-iskola.

This slideshow requires JavaScript.