Home

Karnival 2019

Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu fl-iskola ġie ċċelebrat il-Karnival. It-tfal kollha ġew bil-kostum favorit tagħhom u lkoll ħadu pjaċir jaraw spettaklu ta’ zfin mit-tfal tal-ħames sena, mill-ġenituri, mill-għalliema u mhux l-inqas farsa mill-Minor Staff. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja lil kull min ta sehmu speċjalment lil Ms. Stephanie Zammit għall-korjografija tat-tliet zifniet u lil Ms. Amanda Sciberras tal-għajnuna fis-sound u d-dwal.

Prosit u Grazzi

A. Caruana

This slideshow requires JavaScript.

 

1hr Maths Challenge

Nhar id-29 ta’ Novembru 2018, l-istudenti kollha li qegħdin fil-klassijiet tal-primarja, ġewwa l-iskola tas-Siġġiewi, ħadu sehem fil-1 hr Maths Challenge. F’din l-attività l-istudenti ġew preżentati b’numru ta’ sfidi matematiċi, addattati għall-età tagħhom. F’dan l-eżerċizzju t-tfal ħadmu fi gruppi u komplew isaħħu u jipprattikaw il-ħiliet matematiċi miksuba s’issa. Kienet attività fejn it-tfal ħadu pjaċir u fl-istess ħin komplew isaħħu l-kunċetti matematiċi mgħallma fil-klassi.

S. Abela

This slideshow requires JavaScript.