Home

Coding Activities

F’Jannar l-iskola tagħna pparteċipat fl-Hour of Code, attivita’ edukattiva fejn studenti minn madwar id-dinja jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ coding. Kelma oħra għal coding tista’ tkun programming, jew fi kliem aktar sempliċi l-għotja ta’ istruzzjonijiet fi programm tal-kompjuter. L-attivitajiet li ngħataw l-istudenti ż-żgħar tagħna kienu jirrikjedu, fost l-oħrajn, l-għoti ta’ istruzzjonijiet lill-oġġett partikolari biex minn post imur f’post ieħor. It-tfal tal-klassijiet il-kbar ingħataw sfida biex jibnu robots li jimxu jew mtieħen tar-riħ li jduru. Dawn l-attivitijiet jgħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħila li jaħsbu b’mod loġiku u li jħaddmu moħħhom biex isolvu l-problemi li jiffaċċaw ruħhom magħhom.

Attivitajiet simili jibqgħu jsiru matul is-sena skolastika.

R. Peresso

This slideshow requires JavaScript.

Jum il-Mara

Bħal kull sena ċċelebrajna Jum il-Mara permezz ta’ special assembly.  Din is-sena ħadu ħsiebha l-istudenti tal-kunsill.  Matulha semmew nisa li għamlu invenzjonijiet importanti (https://www.buzzfeed.com/hannahjewell/inventions-by-women-that-changed-the-world).  Fl-aħħar tal-assembly in-nisa kollha li jaħdmu fl-iskola tagħna ngħataw qronfla bħala turija ta’ rispett u ringrazzjament.

R. Peresso

Jum is-Siġġiewi

Nhar il-Ħamis, 28 ta’ Frar, iċċelebrajna Jum is-Siġġiewi fl-iskola tagħna.  Il-klassi tar-raba’ sena 4.2 ippreparat preżentazzjoni speċjali biex niftakru aktar f’raħal twelidna.  Xi tfal fi gruppi ppreparaw Show and Tells fejn fiha qassmu xi tagħrif ġenerali dwar is-Siġġiewi, dwar il-widien li għandna fih, il-knisja l-antika u dik preżenti u anke dwar il-festa tar-raħal.  Wara ltqajna ma’ tmint itfal li laqqgħuna ma’ personalitajiet magħrufa fis-Siġġiewi.  Dawn huma l-Granmastru Ferdinand Hompesch, Ġuże Aquilina, Lorenzo Gafa’, Karmenu Vassallo, Albert Fenech, Dun Pawl Laferla, Nikola Zammit u Pawlu Aquilina.  Meta rajna kemm dawn in-nies ħadmu biex is-Siġġiewi sar dak li hu llum, nifhmu aktar kemm għandna nkunu kburin li ngħixu f’Citta Ferdinand.
Seta’ kien akbar, seta’ kien isbaħ, raħal twelidi jogħġobni sħiħ!
S. Saliba

This slideshow requires JavaScript.