Home
STEAM Workshops
Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Jannar 2020, ġew organizzati workshops għall-ġenituri li għandhom it-tfal fil-klassijiet tal-Primarja, F’dawn il-workshops, ingħata tagħrif dwar it-tagħlim tax-Xjenza u t-Teknoloġija fil-Primarja u kif dan jorbot ma’ suġġetti oħra bħall-Matematika, fi proġetti ta’ STEAM. Il-ġenituri li attendew bi ħġarhom, kellhom l-opportunita’ ukoll li jmiddu idejhom u jieħdu sehem huma wkoll fi proġett prattiku. Din l-inizzjattiva ġiet organizzata bl-għajnuna ta’ Ms I. Zerafa, Uffiċċjal Edukattiv tax-Xjenza u t-Teknoloġija, Mr C. Buttigieg, Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija u Ms M. Morris Kap tad-Dipartiment tal-Matematika.
Anthony Caruana
Assistent Kap
Influenza Season, Novel Coronavirus
Jekk jogħġok agħfas fuq il-link t’hawn taħt biex tara ċ-ċirkolari mibgħuta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dwar dan is-suġġett.
Influenza, Novel Coronavirus Attach Mt
Please click on the below link to access the circular sent by the Ministry for Education and Employment about the subject in caption.
Influenza, Novel Coronavirus Attach Eng

