Category: School Activities
Jum Dun Karm
L-istudenti tal-klassi 6.3 ippreparaw assembly speċjali dwar il-Poeta Nazzjonali, Dun Karm, nhar it-18 t’Ottubru. Waqt li t-tfal taw ftit informazzjoni interessanti dwar il-ħajja tiegħu, wieħed mill-istudenti ħa l-irwol ta’ Dun Karm u anima mumenti importanti ta’ ħajtu. Fosthom meta Dun Karm ġietu l-ispirazzjoni biex jikteb l-ewwel poeżija bil-Malti. It-tfal għalqu l-assembly b’poeżija ħelwa jisimha ‘Warda’. Din l-attivita’ għenet lit-tfal biex isiru jafu iktar dwar il-ħajja ta’ Dun Karm u wħud mid-diversi poeżiji sbieħ tiegħu.
Ms Kristine Aquilina
Jum l-Għalliema
Bħal kull sena f’ Ottubru niċċelebraw Jum l-Għalliema. B’hekk fl-iskola kellna Special Assembly iddedikata għal dan il-għan. Din l-Assembly ġiet imtella’ mit-tfal tar-raba’ sena li qegħdin fil-klassi ta’ Ms Stephanie Brownrigg bl-għajnuna tal-LSEs tal-klassi, Ms Priscilla Vella u Ms Yanika Tonna. It-tfal qraw messaġġi dwar l-importanza tax-xogħol tal-ghalliema u l-benefiċċji li dan iħalli. Fl-aħħar nett, l-edukaturi ngħataw qronfla bħala apprezzament ta’ dak kollu li jagħmlu għall-ġid tat-tfal tal-iskola kollha.
Grazzi kbira tmur lill-edukaturi kollha.
N. Saliba

