L-istudenti tat-tieni sena 2.4, waqt assembly speċjali ppreżentaw ftit informazzjoni dwar il-festa ta’ San Martin li tiġi ċċelebrata fil-ħdax ta’ Novembru. Ilkoll flimkien, l-istudenti qraw informazzjoni dwar il-ħajja ta’ Martin u l-episodju li għenu jbiddel triqtu sabiex isir qassis. Xi tfal irreċtaw din il-ġrajja. Tkellmu ukoll dwar dak li nsibu fil-borża tradizzjonali ta’ San Martin. It-tfal temmew il-preżentazzjoni tagħhom bit-taqbila li tant għoġbithom ‘Ġewż, lewż, qastan, tin, kemm inħobbu lil San Martin’.
Ms. Maria Tereza Micallef