Tfakkira

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu ser niċċelebraw il-karnival ġewwa l-iskola tagħna.  Għaldaqstant it-tfal kollha jistgħu jiġu lebsin il-kostum tal-karnival favorit tagħhom.

Infakkrukom li dakinhar l-iskola tispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kindergarten u f’12.00 għat-tfal tal-primarja.

Grazzi

N Saliba

Kids Dig Science

If you want your kids to spend a couple of hours playing with science, this is the place to be. Circuits have never been so electrifying.

How much thought have you given to circuits today? Am guessing electrical loops wasn’t the first thing to cross your mind at the crack of dawn. And yet, they are everywhere, absolutely everywhere. In our phones, computers, tablets, washing machines, lighting systems, car, the list just goes on and on.

Now, if you had given circuits some thought, you may have concluded that your body is also made of a series of circuits. Take the regulation of your body temperature for instance, this system works complete with current, switches, triggers and sensors. So if you still refuse to give circuits the recognition they deserve but your kids are enthralled by the fact that they can control what an electrical current can do, join us on the 16th February at 3pm Spazju Kreattiv for some seriously loopy fun.

Date and Time: Saturday, 16 February 2019, 3pm – 5pm
Venue: Studios A & B, Spazju Kreattiv
Price: €6   

Purchase your tickets here and check out our Facebook event for more updates and fun facts!

Best regards,

Abigail Galea

 

Science in the City

Malta Chamber of Scientists

79453307

 

 

Tfakkira – Elezzjoni Kunsill Skolastiku

Infakkrukom li l-elezzjoni se ssir bejn l-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2019 u t-Tnejn, 4 ta’ Frar 2019. L-elezzjoni din is-sena se ssir onlajn. It-tifel/tifla tiegħek ġab/ġabet kodiċi mill-iskola. Il-kodiċi għandu tliet ittri u tliet numri. Biex tivvota trid tidħol fis-sit schoolcouncilelections.edu.mt, iddaħħal il-kodiċi li ġab/ġabet it-tifel/tifla tiegħek u tagħfas il-buttuna: Kompli. Fil-pront tinfetaħ paġna oħra bl-ismijiet tal-kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni fl-iskola tat-tifel/tifla tiegħek. Tista’ tagħżel mhux aktar minn tliet kandidati. Tista’ tuża kompjuter, tablet, smartphone jew tmur l-iskola nhar il-Ħamis, il-Ġimgħa jew it-Tnejn (31 ta’ Jannar, 1 u 4 ta’ Frar) bejn id-9.00 a.m. u s-1.30 p.m. u tuża kompjuter tal-iskola. Ikun hemm persuna biex tgħinek tivvota imma importanti li jkollok il-kodiċi miegħek biex tkun tista’ tivvota.

Il-ġenituri li tistgħu tivvotaw għalihom huma:

Borg Diana

Farrugia Vanessa

Pace Christabelle

Scicluna Simon

Inħeġġukom biex tivvutaw.

Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola