Prosit lil Erika u Nathan Bonello!

F’April li għadda aħna ħadna sehem f’kompetizzjoni organizzata għal Jum Dinji tal-Ktieb. Kellna nagħmlu maskri ta’ xi karattru minn ktieb. Aħna għamilna dinosawru u unikorn. Ħadna ħafna xogħol imma peress li l-iskola kienet magħluqa kellna aktar ħin x’niddedikaw lill-proġett tagħna. L-ewwel għamilna l-qafas u kuljum konna nżidu xi ħaġa sakemm lestejna l-maskra. Aħna konna nsejna din il-kompetizzjoni peress li għaddew xi ftit xhur u konna sorpriżi ħafna meta Ms Saliba ġiet tgħidilna li ġejna l-ewwel fis-sena tagħna mill-iskejjel kollha. Aħna rbaħna vawċer li jissarraf f’kotba u l-iskola ħadet ukoll mitt ewro vawċer. Nixtiequ nħeġġu lit-tfal kollha biex jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet għax titgħallem ħafna anke jekk ma tirbaħ xejn.

Erika Bonello u Nathan G Bonello

KG February 2021 Intake

Parents whose children  will be starting Kindergarten at Siġġiewi Primary in February 2021 (children born between January and April 2018) are asked to print and fill in the application found below:
Ġenituri li għandhom tfal li se jidħlu fil-kindergarten fi Frar li ġej  (dawk li twieldu bejn Jannar u April 2018), huma mitluba jipprintjaw u jimlew il-formoa li tinsab hawn taħt hawn 
If parents live at Siġġiewi, they can fill the application, scan it and send it to sic.siggiewi.pr@ilearn.edu.mt together with a scan of both sides of parents ID cards.
Title your email : New KGintake February 2021.
You will be contacted in due time.
The application may also be posted in the school’s letter box.
Jekk il-ġenituri joqogħdu s-Siġġiewi, huma jistgħu jimlew l-applikazzjoni, u jibagħtuha (kopja scanned) fuq l-indirizz elettroniku sic.siggiewi.pr@ilearn.edu.mt flimkien ma’ kopja taż-żewġ naħat tal-karta tal-identita’ taż-żewġ ġenituri.
L-ittra elettronika semmuha : New KGintake February2021 
L-iskola imbagħad tagħmel kuntatt magħkom aktar ‘il quddiem.
L-applikazzjoni tistgħu tħalluha ukoll fil-kaxxa tal-ittri tal-iskola.
With regards to the out of locality requests (parents not residing at Siġġiewi), the parents or legal guardians are kindly requested to take the  application together with all the relative documentations to the prinicipal’s office in Qormi.  Should any parents or legal guardian require any further information about out of locality registrations, they may contact the principal’s office by phone on: 25987508/9 or by email on stignatius.college@ilearn.edu.mt
Jekk il-ġenituri ma joqogħdux is-Siġġiewi, huma għandhom jieħdu l-applikazzjoni flimkien ma’ dokumenti oħra neċessarji fl-uffiċċju tal-prinċipal f’Ħal Qormi.  Għal aktar informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet li huma barra mil-lokalita tas-Siġġiewi, tistgħu tikkuntattjaw l-uffiċċju tal-prinċipal fuq 25987508/9 jew b’email fuq stignatius.college@ilearn.edu.mt
Thank you / Grazzi

Avviż Importanti dwar it-Tilqim tat-Tfal (KG2)

Id-dipartiment tas-Saħħa bagħtilna din iċ-ċirkolari (ara hawn taħt) li tqassmet lit-tfal tal-KG2 li qed jattendu l-iskola.

Dawk il-ġenituri li għażlu li jżommu lil uliedhom id-dar, huma mitluba jaqraw din iċ-ċirkolari, jimlew il-parti ta’ isfel u jibagħtu l-formola l-iskola (bil-posta jew billi tħalluha fil-kaxxa tal-ittri tal-iskola), flimkien ma’ fotokopja tar-rekord tat-tilqim li ngħata lil uliedhom. (Dan ir-rekord tat-tilqim issibuh fil-ktejjeb li jingħata lill-ġenituri mat-twelid tat-tfal).

kg 2 circular 30-Oct-2020

The Health Department has sent us this circular (see the link underneath) which has been given to KG2 children attending school.

Those parents who have opted to keep their children at home are asked to read this circular, fill in the bottom part and return it to school, (by post or by leaving it in the school’s letter box), together with a photocopy of the immunization page of their child’s Health Record Book.

english health circular