‘Naqraw Flimkien / Let’s Read Together’

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għadha kif nediet librerija ta’ filmati ‘Naqraw Flimkien / Let’s Read Together’. Din il-librerija toffri sessjonijiet ta’ qari għall-gost irrekordjati għal tfal bejn 0 u 11-il sena. Dawn is-sessjonijiet saru bil-Malti jew bl-Ingliż mill-animaturi tal-qari tal-Aġenzija.

Għal aktar informazzjoni ara ċ-ċirkolari :

DLAP 251 – Naqraw Flimkien MLT

The National Literacy Agency has launched a virtual video library ‘Let’s Read Together / Naqraw Flimkien’. The library offers a range of recorded Reading for Pleasure sessions for children aged 0 to 11 years. These sessions were produced in English and Maltese by the reading animators of the Agency.

For more information, please read the circular:

DLAP 251 – Let’s Read Together

Riżultati Sbieħ fis-SuperT

Għal darb’oħra ħadna sehem fis-SuperT – kompetizzjoni internazzjonali tal-Matematika. Din il-kompetizzjoni tiffoka fuq il-ħila tal-ħsieb mentali fil-Matematika, jiġifieri fuq il-kapaċità li naħdmu somom sempliċi bla ma niktbu s-somom jew nużaw kalkulatriċi.
Din is-sena kellna riżultat tassew tajjeb. Infatti ħamsa mid-disa’ parteċipanti ġew mal-aħjar 10 filwaqt li l-erba’ parteċipanti l-oħra ġew mal-ewwel 40! Aħna nifirħu u nawguraw lil parteċipanti kollha tal-ħila tagħhom fil-Matematika u nħeġġuhom ikomplu jħaddmu dan it-talent.
Kategorija 2 – minn fost 3780 parteċipant minn madwar id-dinja.
Nathan Bonello: it-tielet post
Daniele Cardona: id-disa’ post
Matthias Borda: is-sitta u għoxrin post
Kategorija 3 – minn fost 4270 parteċipant minn madwar id-dinja.
Kurt Scicluna: il-ħames post
Isaac Schembri: il-wieħed u għoxrin post
Elanya Mallia: id-disgħa u tletin post
Kategorija 4 – minn fost 4340 parteċipant minn madwar id-dinja.
Kieran Curmi: is-sitt post
Kaden Camilleri: it-tmien post
Elias Aquilina: it-tnax-il post
Sandra Abela