Fl-14 ta’ Ġunju ċċelebrajna l-Preċett flimkien mat-tfal tat-tieni sena. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa fejn it-tfal ipparteċipaw permezz tal-qari, talb u kant. Il-quddiesa spiċċat b’żifna mit-tfal stess. It-tfal kollha ngħataw souvenir bħala tifkira ta’ din l-okkazjoni speċjali. Grazzi kbira tmur lil Fr Josef Mifsud u lill-għalliema u lil-LSEs tat-tieni sena, tal-għajnuna siewja tagħhom.
Category: Other
VR in the classrooms
Students in Year 4.3 were learning and exploring the Science topic on space. Students continued to enhance their technological and scientific skills with the use of the VR sets by exploring planets and space virtually. They experienced a hands-on journey through space.
Ms Francesca


Nitgħallmu Flimkien
Waħda mill-attivitajiet li għamlu l-istudenti tal-K2.2 meta ħadmu fuq il-muniti tal-flus, kienet li jixtru xi frott u ħaxix li jiggustaw. Grazzi kbira lill-bejjiegħ tal-ħaxix li ġie fejn il-bieb tal-iskola b’kannestru mimli varjazzjoni sabiħa, bnina u kkulurita ta’ prodotti. Bl-akbar paċenzja qagħad jistenna lit-tfal jgħoddu u jfittxu l-muniti biex jagħtuh l-ammont li talabhom. Din l-esperjenza mhux biss serviet biex l-istudenti jitgħallmu jagħrfu l-muniti, imma anke biex jitgħallmu jixtru dak li hu tajjeb għal saħħithom. Lura fil-klassi, it-tfal ħadu pjaċir jieklu il-prodotti li xtraw.
Ms Charmaine K2.2
