Bronze Award for E-Safety

Għeżież Ġenituri

Bi pjaċir nixtiequ ninfurmawkom li l-iskola tagħna għadha kif ħadet il-Bronze Award for e-safety. Fil-fatt fuq il-website tistgħu taraw il-logo speċjali li juri li l-iskola ngħatat il-Bronze Award. Grazzi speċjali u mill-qalb tmur għal Ms. Chircop li hija l-webmistress li b’tant dedikazzjoni tieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam mal-website tal-iskola. Grazzi wkoll tmur għal Mr. Peresso u Mr. Kevin Grima għall-kontribut tagħhom.

N. Saliba

Kap tal-iskola

Riżultat tal-kwestjonarju dwar l-iskola

Is-sena skolastika 2014-5 issa spiċċat.

Nixtiequ nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni kontinwa tagħkom.

Aktar kmieni tlabnikom timlew kwestjonarju dwar l-iskola.

Grazzi talli għoġobkom twieġbu f’numru tant kbir (aktar minn 230 familja).

Qed intellgħu ir-riżultat sabiex kulħadd ikun jaf x’kien ir-rispons ġenerali. Tista’ tara r-riżultat f’forma ta’ numri, persentaġġi jew graphs.

Jidher biċ-ċar kemm intom tapprezzaw il-ħidma li ssir minn kulħadd.

Mingħajr l-għajnuna tagħkom dawn ir-riżultati ma jkunux possibbli.

Grazzi mill-qalb u nixtiqilkom is-sajf it-tajjeb.

P Decelis
Kap tal-iskola