Ippremjajna lil Kendra Micallef (3.1), Valentina Marie Bezzina (3.3) u Ylenia Schembri (5.1) tas-sehem tagħhom fil-kompetizzjoni li kien hemm fil-fuljett ta’ Diċembru. L-ismijiet ta’ dawn it-tfal ittellgħu bix-xorti minn fost dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni. Prosit lir-rebbieħa u lil kull min ħa sehem. Inħeġġu biex id-darba li jmiss ikollna aktar tfal li jieħdu sehem.
Author: Siggiewi Primary
Hour of Code
“Wara li l-iskola tagħna ġiet imfaħħra mid-Dipartiment tas-Servizzi Edukattivi għall-mod kif organizzajna l-attivita’ fuq il-coding, l-Hour of Code, issa ġejna mgħarrfa li l-klassi tas-Sinjura Marlene Camilleri ser tingħata Lego Wedo Kit għas-sehem tagħha f’din l-attivita’. Grazzi lil Ms. Camilleri kif ukoll lil Ms. Amanda Sciberras tas-sehem sħiħ tagħha. https://www.facebook.com/HourMalta/?fref=ts“
Donazzjoni lil Malta Guide Dog Foundation
“Il-kumitat tal-EkoSkola tal-iskola tagħna organizza tliet attivitijiet bil-għan li t-tfal tagħna jsiru aktar konxji fuq xi tfisser li tkun nieqes mid-dawl u li jinġabru flus għall-Malta Guide Dog Foundation.
L-ewwel attivita’ kienet tinvolvi laqgħa ma’ tlieta min-nies neqsin mid-dawl. Matul din il-laqgħa dawn il-persuni tawna togħma żgħira ta’ xi tfisser li tgħix b’din il-kundizzjoni u kif nistgħu ngħinuhom. Fl-aħħar ta’ din l-attivita’ il-kumitat tal-EkoSkola taw stampa ta’ kelb lil kull klassi. L-istudenti ġew imħeġġa biex jagħtu xi ħaġa żgħira minn buthom. Kull min ġab donazzjoni seta’ jġinġi parti żgħira minn dan il-kelb. It-tieni attivita’ kienet Jeans Day fejn kull min ġie bil-jeans ħallas €1.00. It-tielet attivita’ kienet Snack Day fejn kulħadd seta’ jixtri tliet prodotti tal-Monte, ġentilment mogħtija minn Alf. Mizzi & Sons, għall-prezz ta’ €1.00. Is-somma miġbura minn dawn it-tliet attivitaijiet telgħet għal ftit aktar minn €1,800. Dawn il-flus ingħataw lil rapreżentanti tal-Malta Guide Dog Foundation, nhar it-Tnejn 18 ta’ Jannar. Għal din l-attivita’ kien hemm preżenti ġurnalista ta’ TVM li tellgħet servizz fl-aħbarijiet ta’ dakinhar.”

