Ġabra ta’ tappijiet b’risq il-Community Chest Fund

Nixtieq infakkar li t-tappijiet ser jinġabru sal-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru.  Dawn ser jinġabru mill-Kumpanija GreenPak biex imbagħad jintiżnu u skont l-użin, tingħata donazzjoni lill-Community Chest Fund waqt l-Istrina 2016. 

Wara ser inkomplu niġbru t-tappijiet minn Jannar għall-Istrina 2017.

Grazzi,

Ms. Sephorah

plastik

Nurture Class

Fl-iskola tagħna twaqqaf is-servizz tan-Nurture Class li ġiet mgħammra b’dak kollu meħtieġ biex l-ambjent f’din il-klassi jqarreb kemm jista’ jkun lejn dak ta’ dar. Dan sar b’inizzjattiva tal-Kap tal-Iskola, Ms. N. Saliba. L-għan ta’ dan l-ambjent huwa li t-tfal iħossuhom milqugħa u komdi. Fin-Nurture Class jew kif inhi magħrufa fl-iskola tagħna, ir-Rainbow Class, noffru għajnuna u support lil dawk l-istudenti li għandhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba. Permezz ta’ programmi addattati għall-bżonnijiet differenti tal-istudenti tagħna, l-għalliema u l-LSA jgħinu lill-istudenti biex jiksbu ħiliet ġodda li permezz tagħhom ikunu jistgħu jimxu aktar ‘il quddiem u jilħqu l-potenzjal tagħhom.

Sarah Brincat Friggieri

This slideshow requires JavaScript.