Author: Siggiewi Primary
Animal Awareness Day
Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ottubru fl-iskola Primarja Siġġiewi ċċelebrajna Animal Awareness Day. Din hi ġurnata speċjali li tkun tant mistennija mill-istudenti kollha. F’dan il-jum l-istudenti ġabu l-pets tagħhom ġewwa il-bitħa tal-iskola u tbierku mill-arċipriet Fr. Joe Grech. L-annimali kienu bil-bosta: klieb, qtates, fniek, fkieren, ħut, hamsters, għasafar u saħansitra barbaġan! L-għan ta’ din l-attivita’ hu li nrawmu sens ta’ imħabba u responsabbilta’ lejn l-annimali kollha.
N. Saliba
Teachers’ Day
Bħal kull sena f’ Ottubru niċċelebraw Jum l-Għalliema. B’hekk fl-iskola kellna Special Assembly iddedikata għal dan il-għan. Tifel jew tifla minn kull klassi qraw frażi dwar l-importanza tal-għalliema fil-ħajja tat-tfal u l-ġid li jagħmlu permezz tat-tagħlim. Barra minn hekk l-għalliema ngħataw qronfla bħala apprezzament ta’ dak kollu li jagħmlu għall-ġid tat-tfal tal-iskola kollha.
Grazzi kbira tmur lill-għalliema (teachers, LSAs u KGAs) kollha.
N. Saliba