Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Ġunju. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.
Author: Siggiewi Primary
Żjara Arċisqof
Nhar it-Tnejn, 28 ta’ Mejju, kellna żjara mill-Arċisqof Charles Scicluna. L-istudenti tagħna kellhom iċ-ċans jistaqsu mistoqsijiet lill-Eċċellenza Tiegħu. Wara Mons. Scicluna kellu laqgħa mal-ħaddiema kollha tal-iskola. Kienet żjara qasira imma li apprezzajna ferm.
Ħin tas-sajf – Tfakkira
Għeżież Ġenituri
Nixtiequ nfakkrukom li minn nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju l-iskola tibda fit-8.15 u tispiċċa f’12.00 għat-tfal tal-primarja kollha.
It-tfal tal-kinder jidħlu sat-8.30am u jingħalaq il-bieb. F’11.45am jibdew ħerġin it-tfal tal-kinder biex f’12.00 joħorġu tal-primarja.
Grazzi
N Saliba