The Active School Flag

L-iskola Primarja tas-Siġġiewi għadha kif ġiet onorata għat-tieni sena konsekuttiva billi ngħatat The Active School Flag. Din il-bandiera ngħatat bħala rikonoxximent tal-attivitajiet varji tal-edukazzjoni fiżika li jsiru b’mod regolari fl-iskola tagħna. Fost dawn l-attivitajiet nistgħu nsemmu l-Isports Day għat-tfal tal-primarja kollha, Kidlympics għat-tfal tal-kindergartenOlymaths, Braingym li jsir filgħodu waqt l-assembly, mid-day break clubs u ħafna attivitajiet sportivi ġewwa u barra l-iskola.

Din is-sena introduċejna wkoll id-Daily Mile li qed issir mat-tfal kollha li jattendu l-breakfast club. Minbarra l-bandiera li turi l-iskola tas-Siġġiewi bħala SkolAttiva ngħatajna wkoll ċertifikat li ħadna s-Silver Award ta’ kemm nippromwovu l-attivita’ fiżika u sportiva f’din l-iskola.

N. Saliba20180614_113004IMG_5649

Counselling Walk in Service 2018

Għeżież Ġenituri / Kustodji,

Matul il-vaganzi tas-sajf, il-Kulleġġ San Injazju se jkompli joffri s-servizz tal-Counselling Team għall-istudenti tal-kulleġġ.

Dan is-servizz ser jingħata mill-Principal Counsellor tal-Kulleġġ, Ms S. Micallef Marmara’, Ms. J. Farrugia (Counsellor), Ms. Karen Decelis (Counselling trainee) u Ms. F. Fino (Counselling trainee). Dan is-servizz ser jibda jingħata fiċ-Ċentru Amministrattiv tal-Kulleġġ San Injazju li qiegħed fi Pjazza Federico Maempel, Ħal Qormi. Dan is-servizz jingħata bejn 8.00am u 12.30pm. Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel fuq in-numru 25987508.

Dejjem Tagħkom,

Ms. Maria Pace

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju

Aqra u Irrifletti – Missieri….

Meta kelli 5 snin:

‘‘Missieri jaf kollox …’’

Meta kelli 10 snin:

‘‘Irrid nagħmel bħal missieri …’’

Meta kelli 15 snin:

‘‘X’jimpurtani x’jaħseb missieri …’’

Meta kelli 20 snin:

‘‘Missieri baqa’ l-antika …’’

Meta kelli 25 snin:

‘‘Forsi missieri kellu raġun…’’

Meta kelli 30 snin:

‘‘Għax missieri hekk kien jgħid …’’

Il-Jum il-Missier it-tajjeb 2018 lill-missirijiet kollha!

Tislijiet,

L-għalliema tal-PSCD