Animal Awareness Day

Nhar il-Ħamis 4 t’Ottubru kienet il-festa ta’ San Franġisk u peress li dan il-qaddis kellu għal qalbu l-annimali, fl-iskola ċċelebrajna Animal Awareness Day fejn it-tfal ġabu l-pets magħhom l-iskola u tbierku mill-Arċipriet Fr. Joe Grech.  Permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni ngħallmu lit-tfal iħobbu l-annimali kollha u jifhmu l-importanza tal-annimali fil-ħajja tagħna u li dawn ukoll għandhom id-drittijiet tagħhom!

N Saliba

This slideshow requires JavaScript.

 

Kunċert Russu

Għat-tielet sena konsekuttiva, ġewwa s-sala tal-iskola ttella’ kunċert minn tfal Russi fejn taw spettaklu mill-isbaħ ta’ mużika, kant u żfin.  Permezz ta’ dan il-kunċert it-tfal tagħna kellhom l-opportunita’ li jesperjenzaw il-kultura Russa li hija differenti minn dik ta’ pajjiżna.  Il-kunċert sar fl-4 t’Ottubru u dan sar bl-għajnuna ta’ Dun Nikol Aquilina li minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw.

N Saliba