Aqra Aktar

X’INHI?

Aqra Aktar hija skema li tinkoraġġixxi aktar qari fost l-istudenti. Hija mmirata għall-istudenti kollha tal-iskejjel primarji u sekondarji.

KIF TAĦDEM L-ISKEMA AQRA AKTAR?

L-iskema tippremja lill-istudenti billi jingħataw voucher ta’ €1 għal kull ktieb li jaqraw mil-librerija tal-iskola. Dan il-voucher jingħatalhom meta t-tfal jirritornaw il-ktieb.

It-tfal ikunu jistgħu jsarrfu l-voucher/s mingħand BDL Books, San Ġwann.

IL-VOUCHER

Termini u kundizzjonijiet

  • Il-vouchers jissarrfu biss mingħand BDL Books, San Ġwann.
  • Il-vouchers jistgħu jintużaw wieħed ma’ kull €5 li jintefqu.
  • M’hemmx limitu ta’ kemm wieħed jista’ juża vouchers.
  • Dan il-voucher ma jistax jintuża ma’ offerti oħrajn.
  • Il-voucher ma jistax jissarraf fi flus.
  • Dan il-voucher japplika biss fuq kotba tat-tfal bil-Malti jew bl-Ingliż.
  • Il-vouchers ma japplikawx fuq kotba tal-iskola (textbooks).

Din l-iskema qiegħda ssir b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika.

Green Flag

L-iskola tagħna għadha kemm ingħatat il-Green Flag għas-sitt darba konsekutiva.  Il-Green Flag tingħata lil skejjel li jkunu wettqu inizjattivi ta’ livell eċċellenti relatati mal-ambjent li jkunu saru fuq firxa ta’ sentejn.  L-inizjattivi ambjentali li ġejna evelwati fuqhom kienu marbuta mal-proġett fuq il-Fair Trade u ieħor fuq il-konservazzjoni tal-ilma.

Grazzi kbira lill-kumitat tal-EkoSkola magħmul minn: Francesco Giuseppe Giorgino, Leon Xuereb, Luca Falzon, Zodie Mamo, Erika Bonello, Riccardo Campo, Amy Pace, Elisa Morguello, Shania Cassar, Kendra Galea, Bernard Rapinett, Lucio Trapani, Lisa Sant Portanier u Julian Cutajar Decelis.  Kif ukoll lill-għalliema li mexxewhom: is-Sa Marlene Vella, is-Sa Doreen Spiteri u s-Sur Randolph Peresso.

Nawguraw ħidma ħabrieka lill-kumitat tal-EkoSkola.

N Saliba

Avviż

Infakkrukom li nhar il-Ġimgħa 12 t’Ottubru hemm dawn il-laqgħat għall-ġenituri:

Yr3 – Learning Outcome Framework & Continuous Assessment – 9.00

Yr4,5,6 – Continuous Assessment ilo Half Yearly Exams – 10.00

Yr1 – It-Tagħlim tal-Malti – 12.30

Dħul fis-sala minn Triq l-Iskola

Grazzi

N Saliba