Emergent Literacy Workshops

Nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru u nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru saru laqgħat għall-ġenituri tal- kinder 1.  Waqt il-laqgħa, l-għalliema tal-litteriżmu tkellmu dwar x’jistgħu jagħmlu l-ġenituri  biex jippreparaw ‘l uliedhom  għall-qari  u l-kitba.  L-għalliema tkellmu fuq kemm hu importanti li l-ġenituri jaqraw stejjer lit-tfal, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.  Saħqu   fuq kemm hu importanti li jitkellmu ma’ uliedhom kuljum u jinvolvuhom fix-xogħol tad-dar. Kemm hu importanti li nħallu t-tfal jagħmlu l-affarijiet huma u mhux isibu kollox lest.  Ingħataw ideat ta’ logħob li jistgħu jagħmlu d-dar mat-tfal.  Għal dan il-logħob jintużaw oġġetti ta’ kuljum li ssib fid-dar fosthom labar tal-inxir, tappijiet tal-fliexken tal-ilma, lazzijiet, sponoż, pinzetti, pom poms, passatur u play dough.
Wara il-laqgħa, it-tfal flimkien mal-ġenituri, kellhom workshop fejn it-tfal setgħu jilagħbu u jipprattikaw dak li ntqal waqt il-laqgħa.  Kien hemm għaxar imwejjed b’attivitajiet differenti u t-tfal kollha kellhom opportunita’ li jilagħbu l-logħob kollu.
Ritianne Giordmaina
Literacy Support Teacher
St. Ignatius College

This slideshow requires JavaScript.

Parents’ Afternoon

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar l-Erbgħa 27 ta’ Novembru għandkom appuntament biex tkellmu lill-għalliema ta’ uliedkom.  Nitolbukom li tkunu fil-qosor minħabba li l-ħin hu limitat ħafna. Tfal li jiġu mal-ġenituri għandhom joqogħdu mal-ġenituri u ma jagħmlux storbju jew ikun hawn xi ġiri fl-iskola.

Fis-sala ser ikun hawn għaddejja l-fiera tal-kotba minfejn tistgħu tixtru xi kotba interessanti.

Grazzi

N Saliba

Dear Parents

A gentle reminder that on Wednesday 27th February, you have an appointment with your child’s teacher during parents’ afternoon. we ask you to keep the appointment and be brief since time is limited. Children who accompany their parents to school have to stay with their parents and they should not be allowed to roam round the school.

A book fair will be organised in the school hall during parents’ afternoon and you can purchase interesting books on the day.

Thank You

N Saliba