Dinja Waħda

It-Tlieta, 26 ta’ Novembru, l-iskola tagħna kienet mistiedna għall-Awards ta’ Dinja Waħda.  Kienet ġurnata sabiħa, wara ħafna jiem ta’ xita.  Jien, Mr. Peresso, Laura u Kyle tlaqna lejn l-Esplora biex nattendu għal dan l-avveniment.  Hemmhekk kellmuna dwar il-proġetti u s-suċċessi tal-Bird Life kif ukoll tawna ċans induru u nesploraw il-post.  Konna wkoll kburin tal-iskola tagħna meta ħabbru li minn kważi 100 skola li ħadu sehem fil-proġett ta’ Dinja Waħda, aħna ġejna fit-tieni post.  Dan wara li s-sena l-oħra, kull klassi għamlet attivita’.  Għal kull attivita’ ħadna l-punti li ngħaqdu flimkien u bihom ikkompetejna ma’ skejjel oħra.  Grazzi kbira tmur lill-għalliema u LSEs li għamlu dawn l-attivitajiet fil-klassi mat-tfal.
Ms. Sephorah

Tfakkira – Avviż Importanti

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Diċembru  l-edukaturi kollha għandhom COPE training session u b’hekk it-tfal m’għandhomx skola.
Nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru l-edukaturi kollha għandhom laqgħa dwar il-Pjan tal-Iżvilupp tal-Iskola wara nofsinhar, b’hekk l-iskola tispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kinder u f’12.00 għat-tfal tal-primarja.
Grazzi
N Saliba
On Wednesday 4th December all the educators have a COPE training session, therefore there will be no school for children.
On Monday 16th December all educators have a  SDP meeting in the afternoon, therefore school will finish at 11.45 for kinder pupils and at noon for the primary pupils.
Thanks
N Saliba