Author: Siggiewi Primary
Avviż
L-istationery lists tal-klassijiet tal-primarja ser tkunu qed tirċevuhom bil-posta din il-ġimgħa. Il-listi tal-kinder ser tirċevuhom bil-posta aktar tard f’Settembru.
You will be receiving the stationery lists for the primary classes by post this week. The kinder lists will be sent by post later on in September.
N Saliba
Kap tal-Iskola/ Head of School
Aqra fis-Sajf 2020
For the English version of this post please click on this link: DLAP 182 – Summer Reading Campaign 2020
Dan is-sajf, għas-sitt sena konsekuttiva, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed torganizza l-kampanja Aqra fis-Sajf / Summer Reading Campaign bil-għan li t-tfal ma jitilfux il-kisbiet li jkunu akkwistaw matul is-sena skolastika.
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija qed tippromwovi l-qari b’sessjonijiet ta’ qari online għal etajiet differenti fuq il-paġni ta’ Facebook tal-Aġenzija. L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet interattivi huma li jsaħħu l-immaġinazzjoni u l-kreattività tat-tfal kif ukoll jgħinuhom jitkellmu b’mod iktar mexxej u kunfidenti.
L-iskeda ta’ sessjonijiet ta’ qari online matul ix-xhur tas-sajf hija kif ġej:
Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti u l-Ingliż għal trabi u tfal bejn 0 u 3 snin fuq il-paġna ta’ Facebook Aqra Miegħi / Read with Me – https://www.facebook.com/readwithme.nla/
Mit-Tnejn sas-Sibt: 08:45a.m.; 09:00 a.m.; 09:45 a.m.; 11:00 a.m.
Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti u l-Ingliż għal tfal żgħar ta’ bejn 4 u 7 snin fuq il-paġna ta’ fb Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories – https://www.facebook.com/themagicofstories.nla/
Mit-Tnejn sas-Sibt: 08:30 a.m.; 09:15 a.m.; 10:45 a.m.; 11:15 a.m.
Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti u l-Ingliż għal tfal bejn 7 u 11-il sena fuq il-paġna ta’ fb Gost il-Qari / The Pleasure of Reading – https://www.facebook.com/GostilQari
Mit-Tnejn sas-Sibt: 09:30 a.m.; 10:30 a.m.
Sessjonijiet ta’ qari bil-Malti u l-Ingliż għal tfal bejn it-8 u l-10 snin fuq il-paġna ta’ fb Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers Read and Write Programme – https://www.facebook.com/footballersreadandwriteprogramme
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 09:00 a.m.; 11:00 a.m.
Sessjonijiet ta’ eżerċizzji fiżiċi u ħiliet tal-futbol fuq il-paġna ta’ fb Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers Read and Write Programme mtellgħin mill-Sports Resource Leaders – https://www.facebook.com/footballersreadandwriteprogramme
It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fl-10:00 a.m.
Linji gwida għall-ġenituri biex iħeġġu lil uliedhom jaqraw:
Isħqu ma’ wliedkom kemm hu important li fis-sajf jaqraw.
Tkellmu fuq il-qari bħala attività ta’ gost.
Araw li jkollkom lista ta’ kotba tal-qari xierqa għat-tfal tagħkom.
Waqt il-ġurnata għandu jkun hemm ħin li fih it-tfal ma jkunux jistgħu jilagħbu logħob diġitali u/jew jaraw it-televiżjoni u minflok inkoraraġġixxu attivitajiet edukattivi.
L-għażla tal-kotba li jkunu se jaqraw it-tfal/l-istudenti għandha ssir minnhom stess.
Fid-dar għandu jkun hemm librerija u materjal stampat bħal kotba u rivisti xierqa li t-tfal ikunu jistgħu jaqraw.
Saqsu lil uliedkom u ddiskutu magħhom il-kotba li jkunu qraw.
Ftiehmu ħin matul il-ġurnata għall-irrakkuntar tal-istejjer.
Isimgħu lil uliedkom jaqrawlkom il-kotba jew jirrakkontawhomlkom.
Aqraw u uru interess fl-awturi jew sensiela ta’ kotba għal qalb uliedkom.
Intom u tivvjaġġaw, isimgħu ktieb jew stejjer jinqraw fuq tablet, smartphone, jew diska kompatta.
Uru lil uliedkom kif għandhom jaqraw billi fost oħrajn taqrawlhom.
Il-kampanja Aqra fis-Sajf / Summer Reading Campaign tiġi organizzata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu f’kollaborazzjoni mal-entità Libreriji Maltin u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. Min jixtieq aktar informazzjoni fuq il-kampanja, jista’ jżur il-paġna tal-Facebook ta’ Aqra fis-Sajf jew iċempel 2598 3324.
Grazzi tal-attenzjoni.
Gaetano Bugeja
Id-Direttur,
Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar