Festa San Nikola 2023

Għal darb’oħra erġajna organizzajna l-festa tradizzjonali ta’ San Nikola. Il-preparazzjonijiet bdew minn ġimgħat qabel u l-ħidma kollettiva bejn l-amministrazzjoni tal-iskola u grupp ta’ voluntiera tat il-frott tagħha nhar l-Erbgħa 6 ta’ Diċembru fejn reġgħet saret il-purċissjoni tat-tfal bis-sehem taż-żewġ baned tas-Siġġiewi. Il-purċissjoni ħarġet mill-iskola u mxiet sal-knisja, fejn ġiet iċċelebrata quddiesa tal-festa għat-tfal kollha preżenti. Ir-ritratti li jifhru hawn taħt kienu miġbuda mis-sur Twanny Mifsud.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *