Għeżież Ġenituri,
Nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru ser isir il-kunċert tal-Milied ġos-sala tal-iskola. L-istudenti ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat jippreparaw bis-sħiħ għal dan il-kunċert. Waqt il-kunċert ser ikun hemm fotografu biex jiġbed ir-ritratti u persuna oħra li se tkun qed tiġbed il-video b’mod professjonali.
Qed jitqassmu ukoll il-biljetti għad-dħul fis-sala. Kull familja għandha żewġ biljetti għall-omm u l-missier. Il-postijiet fis-sala huma limitati minħabba li l-popolazzjoni tal-istudenti dejjem qed tikber. Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom f’dan ir-rigward. Importanti li dakinhar iġġibu magħkom il-biljetti biex tkunu tistgħu tidħlu fis-sala. Dħul minn Triq l-Iskola.
Infakkarkom ukoll li fit-22 ta’ Diċembru ġewwa l-iskola ssir il-purcissjoni tal-Bambin u wara jsir il-festin tat-tfal fil-klassijiet. Importanti li t-tfal igibu ilma x’jixorbu magħhom. Din tkun l-aħħar ġurnata għal dan it-term u dakinhar l-iskola tispiċċa f’12.00pm. Il-ħruġ jibda bħas-soltu kwarta qabel. L-iskola terġa’ tiftaħ il-bibien fid-8 ta’ Jannar 2024.
Grazzi
N. Saliba
Dear Parents
The Christmas concert is going to be held on Thursday 21st December. During the last weeks, students have been working hard to prepare for this concert. During the concert there will be a photographer and a videographer.
The children have been given two tickets per family, one for the mother and one for the father. Seats in the hall are very limited due to the fact that the student population has increased. We appreciate your cooperation in this regard. It is important that you bring the tickets with you to enter the hall. Entrance is from School Street.
May I kindly remind you that on the 22nd December, there will be the procession of Baby Jesus in the school, followed by the class parties. It is important that students get their own water to drink. Since this will be the last day of school for this term, school will end at 12.00pm. Dismissal will start at 11.45am as per usual schedule. The school will open its doors again on the 8th January.
Regards
N Saliba