Ser issir OPEN DAY għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola Primarja tas-Siġġiewi, nhar l-ERBGĦA 6 ta’ MEJJU 2015 bejn id-8.45am u nofsinhar. B’hekk tkunu tistgħu taraw il-proċess li minnu tgħaddi l-iskola f’ġurnata normali. Ovvjament il-klassijiet huma żgħar, jiġifieri mhux se tkun faċli li kulħadd jidħol u joqgħod komdu. Pero’ jiena ċert li kulħadd ser japprezza din l-opportunita` u x-xogħol li jsir.
Programm:
08:45 – 09:00: Laqgħa fis-sala.
09:00 – 10:00: L-ewwel sessjoni (Kinder fil-klassi; Yrs 1,2,3 fil-klassi; Yrs 4,5,6 fil-bitħa)
10:10 – 10:45: Brejk. Il-ġenituri kollha jinżlu fil-bitħa. Ser ikun hemm ftira u ilma għall-bejgħ.
10:45 – 11.45: It-tieni sessjoni (Kinder fil-klassi; Yrs 1,2,3 fil-bitħa; Yrs 4,5,6 fil-klassi)
11.50 – 12:00: Ħruġ tal-ġenituri u l-istudenti.
Tkaken mhux permessi minħabba l-grawnd. Intom imħeġġa tlibbsu l-brieret lil uliedkom minħabba l-attivita` fiżika fil-bitħa. L-iskola tispiċċa f’nofsinhar.
Grazzi. Narawkom nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Mejju. Dħul mill-foyer tas-sala fi Triq l-Iskola.
P Decelis
Kap tal-iskola