Għeżież ġenituri
Nixtiequ nagħtukom xi informazzjoni dwar il-kwestjonarju dwar l-iskola li tlabnikom tirrispondu f’Mejju li għadda. Aktar minn nofs il-ġenituri rrispondew dan il-kwestjonarju, il-biċċa l-kbira tagħhom bl-ingliż online. Ftit oħra irrispondewh bil-miktub u numru żgħir irrispondew bil-Malti. Aħna, bl-għajnuna ta’ xi ġenituri (nirringrazzja lis-Sinjuri Borg speċjalment), għamilna l-collation tad-data, jiġifieri ġbarna dak kollu li għidtu intom f’dokument li tistgħu taraw hawnhekk.
Nixtiequ nirringrazzjawkom tar-riżultat verament pożittiv li tajtuna. Dan iħeġġiġna nkomplu naħdmu biex noffru l-aħjar edukazzjoni lil uliedkom skont il-motto il-ġdid tal-iskola: Xejn inqas mill-aħjar.
Min-naħa l-oħra ħadna nota immedjatament ta’ xi riżultati li jindikaw x’jista’ jsir aħjar.
F’mistoqsija numru 5, 30% ma ħassewhomx ċerti li l-iskola tistaqsi għall-ideat tagħhom dwar l-istess skola. Dan l-eżerċizzju stess (tal-kwestjonarju) huwa xhieda ta’ dan, filwaqt li matul is-sena nirċievu mijiet ta’ emails mingħandkom. Kull min ikun jixtieq jista’ jibgħat email fuq sic.siggiewi.pr@gov.mt.
13% qalu li jixtiequ aktar feedback dwar il-progress akkademiku ta’ wliedhom. 13% oħra ma kinux ċerti dwan dan (mistoqsija numru 17). Huwa għalhekk li norganizzaw Parents’ evening f’Novembru, għalkemm l-appuntament ikun qasir ħafna u Parents’ Day f’Marzu. Minn dis-sena bdejna wkoll nagħtu riżultat skont kriterji mħejjija apposta mill-Kinder sal-Year 6. Fil-primarja, għall-ewwel darba qed nagħtu dan ir-riżultat bil-miktub kemm f’nofs is-sena kif ukoll fl-aħħar.
Fin-numru 36, 74% qalu li jieħdu sehem attiv fl-attivitajiet li torganizza l-iskola. Filwaqt li nixtiequ li dan ikun mija fil-mija, nifhmu ċ-ċirkustanzi ta’ ħafna ġenituri li ma jkunux jistgħu jattendu. Minn hawn inħeġġukom tiġu għal kull laqgħa li tiġi organizzata għalikom. Nibdew bl-ewwel waħda nhar it-Tlieta 16 ta’ Settembru 2014 fis-6.30pm fis-sala tal-iskola.
Grazzi
P Decelis
Kap tal-iskola