Wara l-ispecial assembly li ppreparaw il-klassi yr 1.1, fejn huma ppreżentaw xi ikel lill-fondazzjoni Suret il-Bniedem, l-istudenti tal-klassijiet l-oħra ġew imħajra li jġibu xi affarijiet oħra tal-ikel biex nkomplu ngħinu lil din il-fondazzjoni. L-appell ntlaqa’ tajjeb kif tistgħu taraw mir-ritratti t’hawn taħt. Grazzi lil kull min ta kontribuzzjoni.
YR 1.1 Special Assembly
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, it-tfal tal-year 1.1, investigaw it-tema tal-ikel.
Waħda mill-attivitajiet li għamlu kienet dik li tgħallmu jisseparaw l-ikel skont il-kategoriji: karboidrati, proteini, prodotti tal-ħalib, ħaxix u frott u żjut u xaħam. Huma ppreżentaw dak li tgħallmu waqt special assembly.
L-ikel li ntuża waqt din l-assembly ġie mogħti bħala donazzjoni lill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem.
It-tfal tgħallmu japprezzaw l-ikel li jkollhom u ġew konxji tal-bżonn li jgħinu lill-oħrajn.
Ms Kathianne Farrugia
Year 4 Young Scientist Competition Winners
During a special activity hosted by our school, our college presented awards and certificates to those year 4 students who took part in the College Young Scientist Competition. The projects submitted were judged by a 3 person panel made up of representatives from the Curriculum Department, the Science Centre and Esplora. Congratulations to Mimi Peresso and Nathan Ray Spiteri who placed first and second respectively in the competition. A special thanks also goes to Esplora, who sponsored the gifts.

















