Open Day għall-Ġenituri
Għeżież Ġenituri
Infakkarkom li intom mistiedna għal-lezzjonijiet li se jsiru għada l-Erbgħa bejn id-9.00am u nofsinhar. Il-programm se jibqa’ dak li bgħatnielkom. Fid-9.00am se jiġi inawgurat il-grawnd li għadu kif inkesa, mill-Onor Clyde Puli.
It-tfal jidħlu bħas-soltu fit-8.25am. Il-ġenituri jidħlu bejn it-8.35am u t-8.45am kif ġej:
Kindergarten: Mill-bieb tal-foyer
Years 1, 2 u 3: Mill-bieb ta’ quddiem nett tas-sala (ħdejn il-Monument)
Years 4, 5 u 6: Mill-bieb tan-nofs (li jiġi tas-sala fuq wara)
Min irid jista’ jieħu t-tfal miegħu f’nofsinhar.
Tkaken mhux permessi, minħabba l-art tal-bitħa. Importanti li t-tfal jużaw il-beritta (u jekk tridu anke intom).
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.
Mr P Decelis
Aġent Kap tal-Iskola
Siggiewi Primary Open Day’s Promo
Fost l-attivitajiet kollha li l-iskola tagħna torganizza għalina, din is-sena ser ikollna OPEN DAY miftuħa għal kulħadd.
B’hekk l-ex studenti jistgħu jaraw kif inbidlet l-iskola matul is-snin.
L-istudenti tal-lum jistgħu iqattgħu ġurnata mal-ġenituri tagħhom fl-iskola tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn joqogħdu fil-klassi.
Kulħadd jista jara minn ġewwa, dak li normalment jara minn barra.
Fid-disgħa nibdew b’quddiesa fis-sala.
Bejn l-għaxra u l-erbgħa, il-Muzew tal-Istorja tal-Edukazzjoni jkun miftuħ flimkien ma’ esibizzjoni ħajja dwar snajja tradizzjonali Maltin.
Sport għal kulħadd fil-btieħi: basketball, tennis, gymnastics u oħrajn.
Ikel tradizzjonali Malti …
… u fl-erbgħa jibda Talentagħna, Talent Show imtella mill-istudenti, għalliema, ġenituri u oħrajn.
MELA żommu nhar il Ħadd 20 ta’ Mejju 2012 liberu, u ejjew qattgħuh magħna fil-Kulleġġ San Injazju, Primarja Siggiewi.
