Laqgħa għall-ġenituri
Għeżież Ġenituri
Infakkrukom dwar il-laqgħa li ser issir għada fid-9 fis-sala tal-iskola fejn ser ikellmukom il-Konsulent Patrick Farrugia u d-Dental Hygienist Ms Veronica Montebello dwar is-saħħa tat-tfal in ġenerali kif ukoll dwar kif l-aħjar tieħu ħsieb snienek in partikulari.
Grazzi
Mr P Decelis
Aġent Kap tal-Iskola
Open Day fil-Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi – ġenituri jesperjenzaw it-tagħlim mat-tfal
Nhar id-9 ta’ Mejju, fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi l-ġenituri ġew mistiedna jidħlu fil-klassijiet ta’ uliedhom u jesperjenzaw magħhom il-ħajja skolastika. L-għalliema organizzaw lezzjonijiet li fihom ħadu sehem il-ġenituri. Waqt il-ġurnata kien organizzat logħob fil-bitħa għat-tfal kollha anke għall-iżgħar tal-Kindergarten. Fl-istess ġurnata kien hemm il-ftuħ uffiċjali tal-parti tal-grawnd li ġiet miksija dan l-aħħar. Dan sar mill-Onorevoli Clyde Puli fil-preżenza tad-Direttur Ġenerali Micheline Sciberras u l-Prinċipal tal-Kulleġġ Horace Caruana. Wara l-attività kien hemm diversi kummenti ta’ inkoraġġiment mill-ġenituri li indunaw kemm isir xogħol fl-iskola mat-tfal u kemm impenn jitlob it-tagħlim tat-tfal. Xtaqu ħafna li attivitajiet li fihom jinfetħu l-bibien tal-iskola jsiru aktar spiss bl-aktar kumment komuni jkun li issa saru jafu x’jiġri wara l-bibien tal-iskola.

