Nhar is-17 ta’ Mejju 2012, il-Konsulent Patrick Farrugia u d-Dental Hygienist Ms Montebello taw taħdita interessanti lill-ġenituri tal-iskola. Mr Farrugia tkellem kif id-dieta taffettwa l-imġieba u Ms Montebello tkellmet dwar il-kura tas-snien. Il-ġenituri staqsew xi mistoqsijiet u wrew apprezzament għal din il-laqgħa.
Open day lottery tickets:
Dawn huma n-numri tal-biljetti li telgħu imma ma kinux prezenti biex jieħdu l-premju. Min għandu dal-biljetti rebbieħa jista’ jigi l-iskola Primarja Siggiewi għall-voucher waqt il-ħin tal-iskola:
70 abjad
24 blue
88 isfar
118 isfar
175 blue
10 roza
81 isfar
Il-Bibien tal-iskola Primarja tas-Siggiewi, illum ser ikunu miftuħa għall-pubbliku
Fost l-attivitajiet kollha li l-iskola tagħna torganizza għalina, din is-sena ser ikollna OPEN DAY miftuħa għal kulħadd.
B’hekk l-ex studenti jistgħu jaraw kif inbidlet l-iskola matul is-snin.
L-istudenti tal-lum jistgħu iqattgħu ġurnata mal-ġenituri tagħhom fl-iskola tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn joqogħdu fil-klassi.
Kulħadd jista jara minn ġewwa, dak li normalment jara minn barra.
Fid-disgħa nibdew b’quddiesa fis-sala.
Bejn l-għaxra u l-erbgħa, il-Muzew tal-Istorja tal-Edukazzjoni jkun miftuħ flimkien ma’ esibizzjoni ħajja dwar snajja tradizzjonali Maltin.
Sport għal kulħadd fil-btieħi: basketball, tennis, gymnastics u oħrajn.
Ikel tradizzjonali Malti …
… u fl-erbgħa jibda Talentagħna, Talent Show imtella mill-istudenti, għalliema, ġenituri u oħrajn.
MELA żommu nhar il Ħadd 20 ta’ Mejju 2012 liberu, u ejjew qattgħuh magħna fil-Kulleġġ San Injazju, Primarja Siggiewi.