SuperT Competition

Numru sabiħ ta’ tfal mill-iskola taghna ħadu sehem fis-SuperT u ġew mogħtija ċertifikat ta’ mertu. Is-SuperT hija kompetizzjoni internazzjonali li tittestja l-ħila ta’ kemm wiehed hu kapaci jahdem somom bil-hila tal-ħsieb biss fl-iqsar ħin possibli. Din hi ħila importanti fil-Matematika, però mhix l-unika ħila li wiehed għandu bzżnn biex jaħdem is-somom.

L-istudenti ħadu sehem f’erba’ kategoriji. Fit-tieni kategorija kellna 6 itfal mit-3 sena li kkompetew kontra 24,600 tifel u tifla minn mad-dinja kollha.

Fit-tielet kategorija kellna 12 il-tifel u tifla t-tfal mir-raba’ sena li kkompetew kontra 44,300 tifel u tifla minn mad-dinja kollha.

Fir-raba’ kategorija kellna 10t itfal li qegħdin fil-ħames sena li kkompetew kontra 51,900 tifel u tifla minn mad-dinja kollha.

Fil-ħames kategorija kellna 27 tifel u tifla mis-sitt sena li kkompetew kontra 76,000 tifel u tifla minn mad-dinja kollha.

Prosit tassew lil dawn it-tfal u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex waqt il-btajjel tas-sajf, jilagħbu din il-logħba ħalli dejjem itejbu l-livell fil-ħsieb Matematiku.

Ms Sandra Abela

Assistent Kap tal-Iskola

IMG-20240625-WA0000IMG-20240625-WA0001IMG-20240625-WA0002IMG-20240625-WA0004

Għajnuna għall-Missjoni

Fis-sajf, waħda mill-għalliema tal-iskola tagħna, Ms Maria Aquilina (4.1) sejra tagħmel xi ġimgħat volontarjat ma’ tfal foqra ġewwa l-Kambodja. Din l-esperjenza ser tagħmilha mal-grupp ‘Reaching Cultures’. Min jixtieq jgħin jista’ jibgħat xi stationery (lapsijiet, gomom, rigi, kuluri jew pitazzi) biex Ms Aquilina tkun tista’ ttellagħhom magħha u tqassamhom lil dawn it-tfal.

Nirringrazzjawkom bil-quddiem tad-donazzjonajiet tagħkom.

Aid for the Mission

This summer, one of our school teachers, Ms Maria Aquilina (4.1), will be spending a few weeks volunteering with poor children in Cambodia. She will be undertaking this experience with the group ‘Reaching Cultures’. Anyone wishing to help can send stationery (pencils, erasers, rulers, colours or notebooks) so that Ms Aquilina can take them with her and distribute them to these children.

We thank you in advance for your donations.

Capture