Messaġġ mill-Kap Tal-Iskola

Għeżiez Ġenituri

Nixtieq ngħidilkom li l-vjaġġ tiegħi fis-Siġġiewi wasal fi tmiem. Jiena ser inkun kap ta’ skola oħra. Il-vjaġġ tiegħi ġewwa s-Siġġiewi beda fl-2010 bħala Assistent Kap u kompla fl-2015 meta sirt kap ta’ din l-iskola. Kienu snin twal ta’ ħafna ħidma bla waqfien, iżda ta’ ferħ u sodisfazzjon kbir.

Grazzi lilkom il-ġenituri tal-għajnuna u sapport li dejjem sibt mingħandkom.

L-istudenti tas-Siġġiewi se jibqgħu dejjem f’qalbi.

Grazzi mill-qalb.

Nawguralkom sajf mill-isbaħ.

Tislijiet

N Saliba

High 5 Junior Mathematics Challenge Awards

Sixty-six students out of 298 nominated students managed to qualify for the second phase of the High 5 Maths Challenge. Three of them were students from our school. Well done to Julian Fabri (6.1), Keith James Borg (6.1), and Mattias Attard Zammit (6.2).

The High 5 Junior Mathematics Challenge is an enrichment program for gifted and talented students in mathematics, organized by the Directorate for Learning and Assessment Programmes within the Ministry for Education and Employment. The winners and other top-performing students were celebrated during the awards ceremony hosted at our school. We are proud to announce that two of our qualifying students are among the winners:

Keith James Borg – Team Challenge Award and Top Ten Performing Student.

Mattias Attard Zammit – 2nd place.

A big well done to these students for their outstanding performance.

Ms Sandra Abela

Science for Curious Minds

Ir-Reġjun tan-Nofsinhar flimkien mal-Esplora Science Centre u Chinese Cultural Centre ser ikunu qed jorganizzaw attivita’ interattiva fil-Ġnien tas-Serenita’ f’Santa Luċija.

Din l-attivita’ ser issir nhar l-4 ta’ Lulju bejn it-8.30am u nofsinhar u hi miftuħa għal kulħadd.  Din l-attivita’ hija b’xejn!

Ser ikun hemm ħafna xjenza kif ukoll ħafna attivitajiet relatati mal-kultura Ċiniza! Ejjew iltaqgħu magħna sabiex inkunu nistgħu nieħdu gost flimkien.

Capture