Żjara minn Awtur u Donazzjoni ta’ Kotba

Nhar il-5 ta’ Frar, ilqajna fl-iskola lis-Sur Charles Buttigieg – l-awtur li kiteb is-sensiela kotba Karamellu tar-Raħal t’Isfel. Is-Sur Buttiġieg tkellem mat-tfal tar-raba’, l-ħames u s-sitt sena dwar l-esperjenza tiegħu, dak li ispirah, kif ukoll tenna xi ġrajjiet mill-passat li ma naqsux milli qanqlu l-kurżità u anke nislu xi tbissima minn fost l-istudenti tagħna. L-attività kompliet billi tfal semgħu silta minn ktieb minnhom u fl-aħħar ingħatat donazzjoi ta’ kotba minn rapreżentant tal-kumpanija Chetucti Cauchi Advocates. Tassew kienet esperjenza sabiħa u waħda ta’ tagħlim ukoll. Grazzi lil Chetcuti Cauchi Advocates, li għażlu li jisponsorjaw l-iskola tagħna b’din id-donazzjoni ta’ kotba ferm interessanti.

Festa Frawli – Kompetizzjoni tat-Tpinġija

L-istudenti tal-iskola huma mistiedfna sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tat-tpingija li qegħda tigi organizzata fl-okkażjoni ta’ Festa Frawli fl-Imġarr – Malta.

Il-Kompetizzjoni hija miftuħa għall-istudenti kollha li jgħixu f’Malta u f’Għawdex. Ir-rebbieħa f’kull kategorija jiġu ppreżentati b’ċertifikati ta’ tifkira u jingħataw vouchers/ rigali. Kull partecipant jingħata ċertifikat ta’ partecipazzjoni.

It-tpinġijiet li bihom l-istudenti jipparteċipaw, ser jiġu esebiti dakinhar li ssir Festa Frawli jiġifieri l-Ħadd 7 ta’ April, 2024. Aktar dettalji jinsabu fir-regolamenti mehmuża.

Festa Frawli 2024 Art Competiton