Home

Fun Run

Din is-sena l-Fun Run tal-President se ssir fit-2 ta’ Diċembru.  Bħas-sena l-oħra, l-iskola ser tieħu sehem f’din il-mixja.  Permezz ta’ dan, l-iskola trawwem fl-istudenti sens ta’ solidarjetà u nħeġġuhom jieħdu sehem attiv f’okkażżjonijiet nazzjonali.  Inħeġġukom biex flimkien mal-familji tagħkom tieħdu sehem magħna f’din il-mixja. Din tieħu minn Santa Venera sal-Belt Valletta.

Kull min jixtieq jipparteċipa għandu jimla l-applikazzjoni sa għada l-Erbgħa 28 ta’ Novembru. L-applikazzjoni ssibuha għand is-segretarja tal-iskola u fiha tindikaw il-qies tal-flokk li jingħata lill-parteċipanti u jekk hux ser tużaw trasport mill-iskola u lura.  Il-ħlas ta’ €10 kull persuna isir ukoll l-iskola.

JEANS DAY b’risq il-CARITAS

Infakkrukom li l-KUNSILL TAL-ISTUDENTI ser jorganizza JEANS DAY għall-istudenti u l-għalliema kollha nhar il-Hamis 29 ta’ Novembru 2012.

Għal dakinhar BISS l-istudenti huma mistiedna jigu lebsin jeans (minflok il-qalziet jew pinafore tal-uniformi), sport shoes u l-flokk tal-PE kit mal-gakketta tal-PE tracksuit.

Kulħadd huwa mitlub jagħti donazzjoni ta’ €1. Il-flus ser jingabru dakinhar stess mill-membri tal-kunsill tal-istudenti bl-għajnuna tal-għalliema. Il-flus kollha se jingħataw lill-CARITAS li tant tagħmel ġid lil dawk fil-bżonn f’Malta.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

P Decelis

Kap tal-iskola