Illum 23 ta’ Jannar 2013, it-tfal kollha tal-Primarja tas-Siġġiewi li ħarġu bħala kandidati issejħu ħdejn l-uffiċċju tal-kap sabiex ikunu xhieda u jaraw demonstrazzjoni ta’ kif isir is-siġill fuq il-kaxxi tal-voti. Din saret mill-kap tal-iskola bl-għajnuna tal-assistenti kapijiet u tal-Link Teacher Ms Chircop.
Home
Kampanja Elettorali tal-Elezzjoni għall-membri ġodda tal-Kunsill tal-Istudenti 2013
Matul din il-ġimgħa t-tfal li kkontestaw sabiex isiru membri fil-Kunsill tal-Istudenti kellhom l-opportunita’ sabiex iħeġġu lil sħabhom u jgħidu għalfejn se jikkontestaw fl-elezzjoni u x’bi ħsiebhom jissuġġerixxu jew jagħmlu jekk kemm-il darba jiġu eletti permezz ta’ posters u ċarts kif jidher hawn taħt. Iktar dettalji dwar l-elezzjoni u ismijiet tat-tfal li ġew eletti jingħataw iżjed ‘l quddiem.
Ms C Chircop
Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti
Avviż
Għeżież Ġenituri
Nixtieq infakkarkom li għada l-24 ta’ Jannar, l-iskola tispiċċa f’nofsinhar, minħabba li l-istaff se jkollu sessjoni ta’ training importanti bejn in-12.30pm u s-2.30pm.
Grazzi
Mr P Decelis
Kap tal-Iskola