Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ser torganizza Esperjenza ta’ Kitba għall-familji. Għal iżjed informazzjoni dwar din l-attivita’ tistgħu tidħlu hawn.
L-aħħar sejħa għall-ġita tas-Sibt 26 ta’ Ottubru 2013. Ingħaqad grupp gmielu ta’ madwar ħamsin ruħ. Fadal għalhekk ftit postijiet u l-booking jagħlaq nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ottubru 2013.