Home

Laqgħa għall-istudenti ma’ Anna Wilson

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru, żaret l-iskola Primarja tas-Siġġiewi l-awtrici famuża Anna Wilson.  Din iż-żjara saret bis-saħħa ta’ Miller Distributors li jqassmu l-kotba ta’ din l-awtriċi f’Malta.  Anna Wilson tiffoka ħafna fuq l-annimali fil-kotba tagħha.

Il-laqgħa kien fiha tliet taqsimiet. Fl-ewwel parti, bl-għajnuna ta’ powerpoint presentation u l-mod uniku tagħha, drammatiku f’xi waqtiet, l-awtriċi tkellmet dwar kif bdiet tikteb, x’inhuma l-aktar affarijiet li jispirawha sabiex tikteb u l-esperjenzi personali matul ħajjitha li wassluha sabiex tikteb ħafna dwar l-annimali.

Fit-tieni parti tal-attivita’, l-istudenti preżenti li kienu tfal mit-tielet sas-sitt sena tal-iskola tas-Siġġiewi, għamlu mistoqsijiet intelliġenti li l-awtriċi wieġbet bil-ħeġġa li hi magħrufa għaliha.

Fl-aħħarnett, b’paċenzja kbira, hija ffirmat in-numru kbir ta’ kotba li l-istudenti ġabu magħhom, kotba li tant jappellaw għalihom u jogħġbuhom.  L-awtriċi wriet l-apprezzament tagħha għal din il-laqgħa u waqt li ffirmat il-ktieb tal-viżitaturi kellha kliem ta’ tifħir għall-iskola.

P Decelis

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.

Laqgħa interessanti għall-ġenituri kollha

Nhar it-Tlieta  19 ta’ Novembru 2013 fid-8.45am ser issir laqgħa interessanti ħafna għall-ġenituri kollha fejn is-Sur Alex Attard mill-Caritas ser jiddiskuti t-trobbija tal-ulied.  Biex jgħinuh dakinhar ser ikollu miegħu żewġ klijenti minn San Blas, li huwa ċentru tal-Caritas għal dawk li jkollhom il-problema tad-droga.  Huma ser jirrakkontaw l-istorja personali tagħhom sabiex jenfasizzaw l-importanza ta’ trobbija tajba sa minn eta’ ċkejkna.  Il-laqgħa ser issir fis-sala tal-iskola. Nisperaw li narawkom.

P Decelis – Kap tal-iskola