Home

Aqra u Irrifletti – GIRIFLU L-KAROZZA

Wieħed raġel kien qiegħed jillostra l-karozza tiegħu meta nduna li ibnu, ta’ erba’ snin, kien qed jobroxlu n-naħa l-oħra b’ġebla. Kif ra hekk, tant intilef bir-rabja li qabad id it-tifel u beda jagħtiha kemm jiflaħ mingħajr ma nduna li f’idu kellu spanner.

Dal-povru tifel, naturalment, spiċċa l-isptar u tilef subajh kollha daqskemm kellu ksur. Meta ra lil missieru, it-tifel staqsieh bid-dmugħ f’għajnejh, ‘Pa, issa meta ser jerġgħu jikbruli subajja?’ Il-missier tant qasmitlu qalbu din il-mistoqsija li ħareġ mill-isptar, mar ħdejn il-karozza u beda jagħtiha bis-sieq kemm jiflaħ.

Kif kien f’dik id-dagħdigħa lemaħ il-brix li kien għamel it-tifel. Kien giref dawn il-kelmiet: ‘INĦOBBOK, PA.’

Ir-rabja u l-imħabba m’għandhomx qies. L-imħabba ġġib ferħ bla qies. Ir-rabja ġġib tbatija bla qies.

Il-problema tad-dinja tal-lum hi li qed nużaw lin-nies u nħobbu l-affarijiet, flok inħobbu n-nies u nużaw l-affarijiet. Ftakar dejjem li l-affarijiet qegħdin hemm biex nużawhom imma n-nies biex inħobbuhom.

Biex jirnexxilek tagħmel dan, trid tikkontrolla lilek innifsek. Jekk ma toqgħodx attent l-iċken ħsieb isir destin. Dak li naħsbu, xi darba se ngħiduh. Dak li ngħidu, xi darba se nagħmluh. Dak li nagħmlu, xi darba se jsir drawwa. Id-drawwiet tagħna jibnu l-karattru tagħna. U, fl-aħħar mill-aħħar, il-karattru jiddeċiedi d-destin tagħna.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSD)

Ħarġa għall-ġenituri ġewwa l-Imdina

Għeżież Ġenituri,

Ser tiġi organizzata ħarġa ġewwa l-Imdina. Ser inżuru l-Katidral ta’ San Pawl, il-Mużew tal-Katidral u Wirja f’Palazzo De Piro. Wara ser ikollna coffee morning ġewwa Palazzo De Piro (menu: goat cheese and sundried tomato focaccia, bacon/tomato/lettuce sandwich, mini pastizzi, white chocolate brownie and carrot cake). Ikun hemm ukoll logħob tat-tombla.

Data: 25 ta’ Frar 2014

Ħin: Nitilqu fid-9:00am minn ħdejn is-segretarja.

Prezz: €13.50 (li jinkludi t-trasport, id-dħul għal-wirjiet, coffee morning u tifkira tal-okkażjoni)

Kull biljett irid jinżamm għal-lotterija.

Biljetti mingħand il-ġenituri tal-kunsill: Diana Borg 79978257, Annabelle Grech 99866019, Christine Scicluna 99404324 jew mingħand is-segretarja mhux aktar tard mil-21 ta’ Frar 2014.

L-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Istudenti għas-sena 2014.

Ilbieraħ saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Istudenti għal din is-sena. Ġie diskuss l-importanza tax-xogħol tagħhom, ġew diskussi r-regoli ta’ mġieba kif ukoll ġew deċiżi r-rwoli fil-kunsill fosthom dawk tal-president, viċi president, segretarju, teżorier u PRO. Dawn il-membri ser jibqgħu fil-karigi tagħhom sal-aħħar tas-sena skolastika.

Il-karigi ġew mqassma b’dan il-mod:

Yana May Cilia – President

Mason Grech – Segretarju

Luke Heragthy – Viċi President

Shanise Farrugia – Viċi Segretarja

Martina Catania – PRO

Tiziana Magri – Kaxxiera

Marlena Abela – Noticeboard

Ramon Psaila u Kelsey Abela – Kaxxa tas-Suġġerimenti

Carrick Saliba – Osservatur

Kyle Borg – Osservatur

John Sant Portanier– Osservatur

This slideshow requires JavaScript.