Home

Aqra u Irrifletti – ĦAFNA ‘FTIT’ JAGĦMEL ĦAFNA

Il-kokka, is-simbolu tal-għerf, darba staqsiet lill-ġurdien tal-għelieqi: ‘Kemm tiżen biċċa borra?’ U l-ġurdien wieġeb: ‘Xejn! Daqskemm hi ħafifa l-borra!’

‘Għandek żball!’, wieġbet il-kokka. ‘Mela darba kont fuq zokk ta’ siġra u bdiet nieżla l-borra. Kif għedtli int, kull biċċa borra kienet qisha tajjara żgħira, ħafifa ħafifa, qisha ma tiżen xejn. Aqta’ x’għamilt? Fettili nibda ngħodd il-biċċiet tal-borra li kienu neżlin fuq iz-zokk. U bdejt: wieħed, tnejn, tlieta… mija, mitejn, tliet mija, elf. Insomma biex ma ntawwalx, wara ħafna żmien għoddejt għexieren ta’ eluf biċċiet ta’ borra li waqgħu fuq iz-zokk., meta f’daqqa waħda niżlet biċċa borra ċkejkna ċkejkna u……ċlaqq, u  z-zokk inqasam bija b’kollox. Ħbatt rasi u sturdejt waħda sew. Wasalt għall-konklużjoni li l-borra tiżen, u mhux kif għedtli int li ma tiżen xejn.’

It-tiben ukoll ħafif rixa, imma l-Ingliżi jgħidu li fl-aħħar ikun hemm it-tibna li taqsam dahar il-ġemel. Proverbju Latin jgħid: Gutta cavat lapidem – il-qatra tħaffer il-ġebla. Tgħidx: ‘Din ħaġa żgħira, mhi xejn, ma tagħmilx ħsara’ : jew tgħidx: ‘Il-kontribut tiegħi huwa żgħir, mhu se jbiddel xejn.’ Ħwejjeġ żgħar jagħmlu ħwejjeġ kbar. L-oċejan magħmul minn miljuni ta’ miljuni ta’ qtar ta’ ilma baħar. Kieku kull wieħed u kull waħda jagħti l-qatra tiegħu, immorru aħjar.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSD)

SIGGIEWI PRIMARY RAISES FUNDS FOR MARATHON

Yogurt Day fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi b’risq il-Maratona tar-Roti

Il-Kunsill tal-istudenti ser jorganizza Yogurt Day għall-istudenti tal-Year 1 sal-Year 6, b’risq il-Maratona bir-Roti. Il-yogurt ser jiġi ġentilment offrut lilna minn Alf. Mizzi & Sons. Din ser issir nhar il-Ħamis 13 ta’ Marzu 2014. Inħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi u tibagħtu d-donazzjoni tagħkom. Bil-flus li jinġabru, il-Liċeo tal-Ħamrun li qed jorganizza din l-attivita`, ser jagħti donazzjoni ta’ Automatic External Defibrillator anke lill-iskola tas-Siġġiewi. Dan hu apparat importanti ħafna f’każ li xi ħadd tiqaflu qalbu.

Nhar il-Ħamis, it-tfal kollha tal-Primarja li se jġibu donazzjoni, huma mitluba jġibu magħhom kuċċarina tal-plastik.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola

 

1912377_823226661027129_1401898611_o (1)

1622508_818104474872681_38332747_o