Home

Il-Klabbs tal-Brejk ta’ Nofsinhar

Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ottubru, l-Iskola tagħna bdew il-Klabbs tal-Brejk ta’ Nofsinhar. It-tfal kienu entużjasti u l-membri tal-istaff preparati sa snienhom sabiex kulħadd jiehu pjaċir fid-diversi attivitajiet organizzati, fosthom klabbs ta’ Sport bħal futbol, volleyball, tennis, klabb li jieħu ħsieb il-mixtla tal-iskola, ieħor taż-żfin, tal-matematika, board games, tal-arti u tal-krafts, logħob interattiv fuq il-kompjuter/IWB u oħrajn.

This slideshow requires JavaScript.

Il-Borża ta’ San Martin

Għeżież ġenituri

Bħal fis-snin l-imgħoddija, f’Novembru l-iskola ser terġa’ tipprepara l-borża ta’ San Martin fl-okkażjoni tal-festa ta’ dan il-qaddis.

Din ser tinbiegħ għall-prezz ta’ €4. Jekk jogħġobkom ibagħtu l-flus lill-għalliema sal-Ħamis 30 ta’ Ottubru 2014. Ma jistgħux jiġu aċċettati ordinjiet wara din id-data.

Nitolbu l-għajnuna tagħkom billi tirritornaw il-borża vojta, wara li tkunu lesti minnha sabiex terġa’ tintuża s-sena ta’ wara. Fuq suġġeriment tal-ġenituri qed nissuġġerixxu li l-borża tintbagħat lura b’xi donazzjoni (preserves, laned, bottijiet eċċ). Dawn jingħataw lill-arċipriet sabiex iqassamhom lil xi nies fil-bżonn.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

Il-ġenituri Kunsill Skolastiku

borza ta' san martin