Home

Kampanja Elettorali tal-Elezzjoni għall-membri ġodda tal-Kunsill tal-Istudenti 2015

Matul din il-ġimgħa t-tfal li kkontestaw sabiex isiru membri fil-Kunsill tal-Istudenti kellhom l-opportunita’ sabiex iħeġġu lil sħabhom u jgħidu għalfejn se jikkontestaw fl-elezzjoni. Huma qalu x’bi ħsiebhom jissuġġerixxu jew jagħmlu jekk kemm-il darba jiġu eletti permezz ta’ posters u ċarts kif jidher hawn taħt. Iktar dettalji dwar l-elezzjoni u ismijiet tat-tfal li ġew eletti jingħataw iżjed ‘l quddiem.

Ms C Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

This slideshow requires JavaScript.

Nissiġillaw il-Kaxxi tal-Voti bi preparazzjoni għall-Elezzjoni tal-kunsill tal-Istudenti 2015

Nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar 2015, it-tfal kollha tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi li ħarġu bħala kandidati issejħu ħdejn l-uffiċċju tas-Sur Decelis sabiex ikunu xhieda u jaraw demonstrazzjoni ta’ kif isir is-siġill fuq il-kaxxi tal-voti. Din id-demonstrazzjoni saret mill-kap tal-iskola s-Sur Decelis bl-għajnuna tal-Link Teacher tal-Kunsill tal-Istudenti, Ms Chircop.

This slideshow requires JavaScript.