Għal iżjed dettalji araw hawn: DCM 143 – Esperjenza ta’ Kitba tal-Malta Writing Programme
Home
Medical Certificate Record Card
Nixtiequ ninfurmawkom li l-Medical Certificate Record Card (MCRC) għandha tinżamm għandkom sabiex titkompla tintuża matul is-sena skolastika li ġejja (2015 – 2016) sakemm timtela.
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.
Mr P Decelis
Kap tal-Iskola
GRAZZI mill-qalb
Nixtieq nirringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li urew l-apprezzament tagħhom għall-ħidma li għamilt matul dawn l-aħħar ħdax-il sena ġewwa l-iskola tas-Siġġiewi.
Grazzi tas-sorpriża li tajtuni u għall-prezenza ta’ ħafna minnkom dalgħodu.Kien ġest verament sabiħ. Grazzi wkoll tar-rigal sabiħ li se ngħożż; u nibqa nżomm b’tifkira ta’ kemm ħdimna flimkien għall-ġid tat-tfal tagħna.
Grazzi tmur fost l-oħrajn għall-ġenituri tal-Kunsill li matul is-snin ħadmu magħna u għal dawk preżenti, cioe’ Diana, Annabelle u Simon. Grazzi wkoll lill-helpers li tant taw ħin lill-iskola u lill-ġenituri kollha tal-koperazzjoni.
Ms Camilleri, l-assistent Kap, xtaqet turi wkoll l-apprezzament tagħha għar-rigal li tajtuha fi tmiem il-karriera tagħha ta’ edukatriċi.
Grazzi.
Patrick Decelis
(Kap tal-iskola)