Home

Aqra u Irrifletti – TLETT IĦBIEB JEW TLIET GĦEDEWWA?

Ix-xahar ta’ Frar iqiegħed flimkien tliet avvenimenti li jolqtuna mill-qrib: Il-Karnival, ir-Randan u Jum San Valentinu. Forsi dawn jidhru m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ xulxin. Anzi xi wħud jistgħu jaħsbu li dawn huma kważi tliet għedewwa. Il-Karnival hu żmien il-bluha, waqt li r-Randan huwa żmien il-penitenza. Jum San Valentinu huwa l-aktar tan-namrati żgħażagħ li għandhom moħħhom fuq il-werqa waqt li r-Randan huwa żmien is-serjeta’.

Ejjew naħsbu ftit. Il-Karnival fih ħafna bluha. Imma jista’ wkoll ifisser FERĦ. Ir-Randan ma jfissirx biss penitenza u dwejjaq iżda jfisser VERITA’. San Valentinu jfisser ftit kummerċ imma jfisser ukoll IMĦABBA.

U x’taħsbu illi jiġri jekk f’xahar wieħed tqiegħed flimkien il-FERĦ, Il-VERITA’ u l-IMĦABBA? Żgur li joħroġ bniedem sħiħ u qalbu mimlija. Joħroġ bniedem ħieles tassew minn kull ma jnikktu, jħawwdu u jkissru.

Din hi l-aħbar tajba li jġibilna dan ix-xahar: il-ferħ huwa tassew possibli f’qalb il-bniedem jekk bil-verita’ u bla biża’ jfittex l-imħabba vera.

Ghaldaqstant, dan ix-xahar nippruvaw:

  • NIĊĊELEBRAW…Mhux fuq karru tal-karti jgħajjat… iżda f’qalb tfawwar b’ferħ veru.
  • NIDĦKU kemm nifilħu… Mhux b’daħka maskra iżda bi tbissima ġenwina ġejja mill-qalb.
  • INĦOBBU U NINĦABBU…. Mhux b’kartolina u bil-paroli, iżda b’imħabba li lesta tissallab u tmut għal dak li tħobb.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSCD)

Rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tal-fuljett

Ippremjajna lil Kendra Micallef (3.1), Valentina Marie Bezzina (3.3) u Ylenia Schembri (5.1) tas-sehem tagħhom fil-kompetizzjoni li kien hemm fil-fuljett ta’ Diċembru.  L-ismijiet ta’ dawn it-tfal ittellgħu bix-xorti minn fost dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni.  Prosit lir-rebbieħa u lil kull min ħa sehem. Inħeġġu biex id-darba li jmiss ikollna aktar tfal li jieħdu sehem.

IMG_5578 IMG_5580

Hour of Code

“Wara li l-iskola tagħna ġiet imfaħħra mid-Dipartiment tas-Servizzi Edukattivi għall-mod kif organizzajna l-attivita’ fuq il-coding, l-Hour of Code, issa ġejna mgħarrfa li l-klassi tas-Sinjura Marlene Camilleri ser tingħata Lego Wedo Kit għas-sehem tagħha f’din l-attivita’.  Grazzi lil Ms. Camilleri kif ukoll lil Ms. Amanda Sciberras tas-sehem sħiħ tagħha. https://www.facebook.com/HourMalta/?fref=ts