Home

Laqgħa dwar is-sistema tal-iLearn

Għeżież ġenituri/kustodji legali

Id-Dipartiment tal-eLearning fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtieq jistedinkom għal-laqgħa li ser issir nhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu 2016 fil-kulleġġ San Injazju fl-iskola Primarja ta’ Ħal-Luqa fis-18:00

Matul din il-laqgħa sejrin tiġu nfurmati dwar kif intom bħala ġenituri/kustodji legali tistgħu żżommu ruħkom aġġornati dwar l-edukazzjoni t’uliedkom, billi tkunu tistgħu taraw kif is-sistema tal-iLearn tħaddmuha u taraw il-marki tal-eżamijiet fost affarijiet oħra.

Grazzi

Jeffrey Zammit

Assistent Direttur eLearning

Attivita’ tal-Karnival

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar fl-iskola ġie ċċelebrat il-Karnival. It-tfal kollha ġew bil-kostum favorit tagħhom u lkoll ħadu pjaċir jaraw spettaklu ta’ żfin mit-tfal tal-ħames sena, mill-ġenituri, mill-għalliema flimkien ma’ tnejn mill-Assistenti Kapijiet u fl-aħħar u mhux l-inqas farsa mtella’ mill-Minor Staff. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja lil kull min ta sehemu speċjalment lil Sander Bonello, Ms. Stephanie Zammit għall-korjografija tat-tliet żifniet u lil Ms. Amanda Sciberras tal-għajnuna fis-sound u d-dwal.

Prosit u Grazzi

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.