Home

Donazzjoni lil Puttinu Cares

Waqt il-programm speċjali li t-tim ta’ Xarabank  tella’ nhar il-Ġimgħa l-Kbira ġiet ippreżentata s-somma sabiħa ta’ €1,640 f’isem l-iskola tagħna.  Dan kien it-total ta’ flus miġbura mill-Jeans Day, il-bejgħ tal-figolli, donazzjoni mogħtija minn Cuschieri Bakery (wieħed mill-fornituri tal-figolli), kif ukoll permezz ta’ donazzjoni li ngħatat mill-istaff kollu li jaħdem ġewwa l-iskola tagħna.  Il-flus mhux kollox, imma żgur li d-donazzjoni tagħna ser tgħin biex tagħti aktar kuraġġ, ittaffi t-tbatija li dawn il-familji għaddejjin minnha u żżid il-possibilita’ ta’ fejqan.  Grazzi lil kull min ta s-sehem tiegħu f’din l-inizjattiva hekk nobbli.

DSC_3022

Jeans Day b’risq Puttinu Cares

Nhar it-Tlieta 15 ta’ Marzu l-Kunsill tal-Istudenti organizza Jeans Day b’risq Puttinu Cares. L-istudenti kollha ġew mistiedna biex jiġu libsin jeans, slippers u l-flokk tal-P.E Kit flimkien mal-ġakketta tat-tracksuit.

Kulħadd kien mistieden jagħti donazzjoni ta’ €1. Il-flus inġabru dakinhar stess mill-membri tal-kunsill tal-istudenti fejn flimkien għoddew il-flus miġbura. Kienu l-bosta li taw donazzjoni iktar minn €1. Permezz ta’ din l-attivita` inġabret is-somma sabiħa ta’ €718.35. Il-flus kollha ser jingħataw lill-Puttinu Cares, organizzazzjoni li taħdem qatigħ biex tgħin lill-ġenituri ta’ tfal morda bil-kanċer. Grazzi lil kulħadd tal-kontribuzzjoni tagħkom.

This slideshow requires JavaScript.

Flimkien Nistgħu – Eżerċizzju ta’ Kuljum

Illum il-ġurnata iktar minn qatt qabel sirna nagħtu importanza kbira lis-saħħa tagħna. Apparti li sirna ħafna iktar konxji ta’ x’nieklu u kif insajru, l-eżerċizzju sar jilgħab parti importanti f’ħajjitna. Dan l-istil ta’ ħajja ta’ dieta’ bilanċjata flimkien ma’ xi tip ta’ eżerċizzju ta’ kuljum huwa essenzjali li jagħmluh kemm il-kbar kif ukoll iż-żgħar. Anzi sirna nisħqu ferm iktar kemm hu bżonnjuż li propju nibdew minn eta’ zgħira li ngħixu b’dan il-mod.

Dan ix-xahar qed noffrulkom lista kemmxejn differenti ta’ eżerċizzji ta’ kuljum. Lista ta’ għaxar affarijiet li jgħinuna kif inkunu persuni aħjar u b’karattru iktar sod. Lista li tgħinna intejbu r- relazzjonijiet ma’ dawk ta’ madwarna u magħna nfusna wkoll.Screen Shot 2016-03-19 at 17.12.16

Naħsbu ftit…

Meta naħsbu fuq kif nistgħu intejbu lilna nfusna kemm bħala persuni kif ukoll fil-mod kif inġibu ruħna mal-oħrajn, nindunaw li mhuhiex daqshekk diffiċli biex jirnexxielna! Kull ma għandna bżonn hija ftit rieda tajba u xejn iktar.

Kelma ta kuraġġ…

Dear boys, girls, young people, tody’s world has a lack of capacity of knowing how to cry. Pope Francis

Għeżież tfal – subien, bniet u żgħażagħ żgħar, illum il-ġurnata id-dinja insiet it-tifsira ta’ kif nibku!
Papa Franġisku.

Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo
PSCD – 2015/2016